Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Ġenesi 14:1-24

14  Issa ġara fi żmien Amrafel, sultan tas-Sinar,+ Arjok, sultan t’Ellasar, Kedorlagħomer,+ sultan t’Għelam,+ u Tidgħal, sultan taʼ Gojjim,+  li dawn għamlu gwerra kontra Bera, sultan taʼ Sodoma,+ u kontra Birsa, sultan taʼ Gomorra,+ Sinab, sultan t’Adma,+ Semeber, sultan taʼ Sebojim,+ u s-sultan taʼ Bela (jiġifieri, Sogħar).+  Dawn* kollha ngħaqdu flimkien+ u mmarċjaw lejn il-Pjanura l-Baxxa taʼ Siddim,+ jiġifieri, il-Baħar il-Mielaħ.+  Tnax-il sena damu jaqdu lil Kedorlagħomer, imma fit-tlettax-il sena rribellaw.  U fl-erbatax-il sena ġie Kedorlagħomer, kif ukoll is-slaten li kienu miegħu, u għelbu lir-Refajin f’Għasterot-karnajm,+ liż-Żużin f’Ħam, lill-Emin+ f’Sawe-kirjatajm,  u lill-Ħorin+ fuq il-muntanja tagħhom tas-Segħir,+ sa El-faran,+ li hemm fix-xagħri.  Imbagħad daru lura u ġew Għajn-misfat, jiġifieri, Kades,+ u għelbu t-territorju kollu taʼ l-Għamalekin+ u wkoll lill-Amurrin+ li kienu qed jgħammru f’Ħasason-tamar.+  F’dan iż-żmien ħarġu jimmarċjaw is-sultan taʼ Sodoma, is-sultan taʼ Gomorra, is-sultan t’Adma, is-sultan taʼ Sebojim, u s-sultan taʼ Bela (jiġifieri, Sogħar), u fil-Pjanura l-Baxxa taʼ Siddim+ tqassmu għall-battalja kontrihom,  jiġifieri, kontra Kedorlagħomer, sultan t’Għelam, Tidgħal, sultan taʼ Gojjim, Amrafel, sultan tas-Sinar, u Arjok, sultan t’Ellasar;+ erbaʼ slaten kontra ħamsa. 10  Issa l-Pjanura l-Baxxa taʼ Siddim+ kienet miżgħuda bil-ħofor mimlijin bil-qatran;+ u s-slaten taʼ Sodoma u Gomorra+ ħarbu u waqgħu fihom, u dawk li kien fadal ħarbu lejn ir-reġjun muntanjuż.+ 11  Imbagħad ir-rebbieħa ħadu l-ġid kollu taʼ Sodoma u Gomorra u l-ikel kollu tagħhom, u telqu.+ 12  Ħadu wkoll lil Lot, bin ħu Abram, li kien joqgħod Sodoma,+ u l-ġid tiegħu, u baqgħu sejrin. 13  U ġie raġel li kien ħarab u ta l-aħbar lil Abram, l-Ebrew,+ li f’dak iż-żmien kien jgħix fit-tined qalb is-siġar il-kbar taʼ Mamre, l-Amurri,+ ħu Eskol u ħu Għaner;+ u dawn kienu mseħbin f’patt m’Abram. 14  B’hekk, Abram semaʼ li l-qarib tiegħu kien ittieħed ilsir.+ Għalhekk, ġabar lill-irġiel imħarrġin tiegħu,+ tliet mija u tmintax-il ilsir imweldin f’daru,+ u ħareġ għal warajhom sa Dan.+ 15  U bil-lejl qassam in-nies tiegħu,+ jiġifieri, l-ilsiera tiegħu, kontrihom, u b’hekk għelibhom u baqaʼ jiġri warajhom sa Ħoba, li hi fit-tramuntana ’l fuq minn Damasku. 16  U ħa lura l-ġid kollu,+ u ħa lura wkoll lill-qarib tiegħu Lot u l-ġid tiegħu u wkoll lin-nisa u lin-nies l-oħrajn.+ 17  Imbagħad is-sultan taʼ Sodoma ħareġ jiltaqaʼ miegħu wara li kien ġie lura mir-rebħa li kellu fuq Kedorlagħomer u s-slaten li kienu miegħu, fil-Pjanura l-Baxxa taʼ Sawe, jiġifieri, il-Pjanura l-Baxxa tas-sultan.+ 18  U Melkisedek,+ sultan taʼ Salem,+ li kien qassis taʼ l-Alla l-Iktar Għoli,+ ħareġ il-ħobż u l-inbid.+ 19  Imbagħad bierku u qal: “Imbierek Abram mill-Alla l-Iktar Għoli,+ Dak li għamel is-sema u l-art;+ 20  U mbierek l-Alla l-Iktar Għoli,+ Li reħa f’idek lil dawk li jaħqruk!”+ U Abram tah wieħed minn kull għaxra minn kollox.+ 21  Imbagħad is-sultan taʼ Sodoma qal lil Abram: “Agħtini l-erwieħ,+ imma l-ġid żommu għalik.” 22  U Abram qal lis-sultan taʼ Sodoma: “Ngħolli idi b’ħalfa+ lil Ġeħova l-Alla l-Iktar Għoli, Dak li għamel is-sema u l-art, 23  li, la ħajta u lanqas qafla taʼ sandli, xejn ma nieħu minn dak li hu tiegħek,+ li ma tmurx tgħid, ‘Kont jien li lil Abram għamiltu għani.’ 24  Xejn għalija!+ Dak biss li diġà kielu l-irġiel żgħażagħ u s-sehem taʼ l-irġiel li ġew miegħi, Għaner, Eskol, u Mamre+—ħa jieħdu sehemhom dawn.”+

Noti taʼ taħt

Jidher li l-pronom ‘dawn’ jirreferi għas-slaten imsemmijin fl-ewwel vers.