Ġenesi 11:1-32

11  Issa l-​art kollha kellha lingwa waħda u ġabra waħda taʼ kliem.  U ġara li huma u sejrin lejn il-​lvant skoprew pjanura fil-​wied fl-​art tas-​Sinar,+ u għammru hemmhekk.  U bdew jgħidu wieħed lil ieħor: “Ejjew nagħmlu l-​madum* u naħmuh fin-​nar.” Għalhekk, il-​madum kien għalihom bħal ġebel, u l-​qatran kien għalihom bħal tajn.+  U qalu: “Ejjew nibnu belt u torri bil-​quċċata tiegħu fis-​smewwiet,+ u ejjew nagħmlu isem ċelebri għalina nfusna,+ li ma mmorrux ninxterdu fuq il-​wiċċ kollu taʼ l-​art.”+  U Ġeħova niżel jara l-​belt u t-​torri li kienu bnew ulied il-​bnedmin.+  Imbagħad Ġeħova qal: “Ara! Huma poplu wieħed u hemm lingwa waħda għalihom ilkoll,+ u dan hu li jibdew jagħmlu. Issa m’hemm xejn li jżommhom milli jagħmlu kulma jiġihom f’moħħhom.+  Ejja+ ninżlu u hemmhekk inħawdulhom+ il-​lingwa tagħhom biex ma jkunux jistgħu jifhmu l-​lingwa taʼ xulxin.”+  Għalhekk, Ġeħova xerridhom minn hemmhekk għal fuq il-​wiċċ kollu taʼ l-​art,+ u bil-​mod il-​mod ma baqgħux jibnu l-​belt.+  Huwa għalhekk li din issemmiet Babel,+ għaliex hemmhekk Ġeħova kien ħawwad il-​lingwa taʼ l-​art kollha, u Ġeħova kien xerridhom+ minn hemmhekk għal fuq il-​wiċċ kollu taʼ l-​art. 10  Dan hu r-​rakkont storiku taʼ Sem.+ Sem kellu mitt sena meta nissel lil Arfaksad+ sentejn wara d-​dilluvju. 11  U wara li nissel lil Arfaksad, Sem għex ħames mitt sena oħra. Sadanittant nissel subien u bniet.+ 12  U Arfaksad* għex ħamsa u tletin sena. Imbagħad nissel lil Selaħ.+ 13  U wara li nissel lil Selaħ, Arfaksad għex erbaʼ mija u tliet snin oħra. Sadanittant nissel subien u bniet. 14  U Selaħ għex tletin sena. Imbagħad nissel lil Għeber.+ 15  U wara li nissel lil Għeber, Selaħ għex erbaʼ mija u tliet snin oħra. Sadanittant nissel subien u bniet. 16  U Għeber għex erbgħa u tletin sena. Imbagħad nissel lil Peleg.+ 17  U wara li nissel lil Peleg, Għeber għex erbaʼ mija u tletin sena oħra. Sadanittant nissel subien u bniet. 18  U Peleg għex tletin sena. Imbagħad nissel lil Regħu.+ 19  U wara li nissel lil Regħu, Peleg għex mitejn u disaʼ snin oħra. Sadanittant nissel subien u bniet. 20  U Regħu għex tnejn u tletin sena. Imbagħad nissel lil Serug.+ 21  U wara li nissel lil Serug, Regħu għex mitejn u sebaʼ snin oħra. Sadanittant nissel subien u bniet. 22  U Serug għex tletin sena. Imbagħad nissel lil Naħor.+ 23  U wara li nissel lil Naħor, Serug għex mitejn sena oħra. Sadanittant nissel subien u bniet. 24  U Naħor għex disgħa u għoxrin sena. Imbagħad nissel lil Teraħ.+ 25  U wara li nissel lil Teraħ, Naħor għex mija u dsatax-il sena oħra. Sadanittant nissel subien u bniet. 26  U Teraħ għex sebgħin sena, u mbagħad nissel lil Abram,+ lil Naħor,+ u lil Ħaran. 27  U dan hu r-​rakkont storiku taʼ Teraħ. Teraħ nissel lil Abram, lil Naħor, u lil Ħaran; u Ħaran nissel lil Lot.+ 28  Iktar tard Ħaran miet waqt li kien maʼ Teraħ missieru f’art twelidu, f’Ur+ tal-​Kaldin.+ 29  U Abram u Naħor ħadu nisa għalihom. Mart Abram kien jisimha Saraj,+ waqt li mart Naħor kien jisimha Milka,+ bint Ħaran, missier Milka u missier Iska. 30  Imma Saraj baqgħet bla tfal;+ għax ma setax ikollha. 31  Imbagħad Teraħ ħa lil ibnu Abram u lil neputih+ Lot, bin Ħaran, u lil Saraj+ mart ibnu, mart Abram, u dawn ħarġu miegħu minn Ur tal-​Kaldin, biex imorru fl-​art taʼ Kangħan.+ Wara xi żmien waslu Ħaran+ u għammru hemmhekk. 32  U jiem Teraħ kienu mitejn u ħames snin. Imbagħad Teraħ miet f’Ħaran.

Noti taʼ taħt

Dan ġeneralment jirreferi għal briks magħmulin minn tiben u tajn jew tafal.
Is-Settanta ddaħħal l-​isem Kajnan bejn l-​ismijiet Selaħ u Arfaksad.