Ġenesi 10:1-32

10  U dan hu r-​rakkont storiku taʼ Sem, Ħam, u Ġafet, ulied Noè.+ Issa wara d-​dilluvju bdew jitwildulhom l-​ulied.+  Ulied Ġafet kienu Gomer,+ Magog,+ Madaj,+ Ġawan,+ Tubal,+ Mesek,+ u Tiras.+  U wlied Gomer kienu Askenaż,+ Rifat,+ u Togarma.+  U wlied Ġawan kienu Elisa,+ Tarsis,+ Kittim,+ u Dodanim.+  Minn dawn, l-​abitanti tal-​gżejjer tal-​ġnus xterdu fil-​pajjiżi tagħhom, kollha skond l-​ilsna tagħhom, skond il-​familji tagħhom, u skond il-​ġnus tagħhom.  U wlied Ħam kienu Kus,+ Misrajm,*+ Put,+ u Kangħan.+  U wlied Kus kienu Seba,+ Ħawila, Sabta, Ragħma,+ u Sabteka. U wlied Ragħma kienu Xeba u Dedan.+  U Kus nissel lil Nimrod.+ Dan kien l-​ewwel wieħed li sar setgħan fuq l-​art.  Hu wera li kien kaċċatur setgħan kontra Ġeħova. Huwa għalhekk li hemm qawl: “Bħal Nimrod, kaċċatur setgħan kontra Ġeħova.”+ 10  U l-​bidu taʼ saltnatu kienu Babel,+ Erek,+ Akkad, u Kalne, fl-​art tas-​Sinar.+ 11  Minn din l-​art mar l-​Assirja+ u bena Ninwe,+ Reħobot-Ir, Kalaħ, 12  u Resen bejn Ninwe u Kalaħ: din hi l-​belt il-​kbira. 13  U Misrajm+ nissel lil Ludim,+ Għanamim, Leħabim, Naftuħim,+ 14  Patrusim,+ Kasluħim+ (li minnu ħarġu l-​Filistin),+ u Kaftorim.+ 15  U Kangħan nissel lil Sidon+ l-​ewwel imwieled tiegħu u lil Ħet,+ 16  lill-Ġebusin,+ lill-​Amurrin,+ lill-​Girgasin, 17  lill-Ħiwwin,+ lill-​Għarkin, lis-​Sinin, 18  lill-Arwadin,+ lis-​Semarin, u lill-​Ħamatin;+ u mbagħad il-​familji tal-​Kangħanin xterdu. 19  Għalhekk, il-​fruntiera tal-​Kangħanin kienet minn Sidon sa Gerar,+ ħdejn Gaża,+ u sa Sodoma, Gomorra,+ Adma,+ u Sebojim,+ ħdejn Lasa. 20  Dawn kienu wlied Ħam skond il-​familji tagħhom, skond l-​ilsna tagħhom, fil-​pajjiżi tagħhom, skond il-​ġnus tagħhom. 21  U lil Sem, li hu l-​missier tal-​qedem taʼ l-​ulied kollha t’Għeber+ u li hu ħu Ġafet il-​kbir, twildulu l-​ulied ukoll. 22  Ulied Sem kienu Għelam,+ Assur,+ Arfaksad,+ Lud, u Aram. 23  U wlied Aram kienu Uż, Ħul, Geter, u Mas.+ 24  U Arfaksad nissel lil Selaħ,+ u Selaħ nissel lil Għeber. 25  U lil Għeber twildulu żewġ subien. Wieħed kien jismu Peleg,*+ għax fi żmienu l-​art ġiet maqsuma;+ u ħuh kien jismu Ġoktan.+ 26  U Ġoktan nissel lil Almodad, Selef, Ħasarmawet, Ġeraħ,+ 27  Ħadoram, Użal, Dikla,+ 28  Għobal, Abimagħel, Xeba,+ 29  Ofir,+ Ħawila,+ u Ġobab;+ dawn kollha kienu wlied Ġoktan. 30  U l-​post fejn kienu jgħammru kien minn Mesa sa Sefar, ir-​reġjun muntanjuż tal-​Lvant. 31  Dawn kienu wlied Sem skond il-​familji tagħhom, skond l-​ilsna tagħhom, fil-​pajjiżi tagħhom, skond il-​ġnus tagħhom.+ 32  Dawn kienu l-​familji taʼ wlied Noè skond id-​dixxendenza tal-​familja tagħhom, skond il-​ġnus tagħhom, u minn dawn xterdu l-​ġnus fuq l-​art wara d-​dilluvju.+

Noti taʼ taħt

“Misrajm” hu l-​isem bl-​Ebrajk għall-​Eġittu.
Ifisser “Diviżjoni; Kurrent taʼ Ilma Ġieri.”