Ġenesi 1:1-31

1  Fil-bidu*+ Alla+ ħalaq+ is-​smewwiet u l-​art.+  Issa l-​art kienet bla forma u ma kien fiha xejn u kien hemm id-​dlam fuq wiċċ l-​ilmijiet fondi;+ u l-​forza attiva t’Alla kienet qed titħarrek ’l hemm u ’l hawn+ fuq wiċċ l-​ilmijiet.+  U Alla qal:+ “Ħa jkun id-​dawl.” U kien hemm id-​dawl.+  U Alla ra li d-​dawl kien tajjeb, u Alla fired id-​dawl mid-​dlam.+  U Alla sejjaħ id-​dawl Nhar,+ imma d-​dlam sejjaħlu Lejl.+ U kien hemm fil-​għaxija u kien hemm fil-​għodu, l-​ewwel jum.  U Alla ssokta jgħid: “Ħa jkun hemm firxa+ bejn l-​ilmijiet u ħa jinfirdu l-​ilmijiet mill-​ilmijiet.”+  Imbagħad Alla għamel il-​firxa u fired l-​ilmijiet li kellhom ikunu taħt il-​firxa mill-​ilmijiet li kellhom ikunu ’l fuq mill-​firxa.+ U hekk sar.  U l-​firxa Alla sejħilha Sema.+ U kien hemm fil-​għaxija u kien hemm fil-​għodu, it-​tieni jum.  U Alla ssokta jgħid: “Ħa jinġabru l-​ilmijiet taʼ taħt is-​smewwiet f’post wieħed u ħa tidher l-​art niexfa.”+ U hekk sar. 10  U l-​art niexfa Alla sejħilha Art,+ imma l-​ilmijiet miġburin flimkien sejħilhom Ibħra.+ U Alla ra li dan kien tajjeb.+ 11  U Alla ssokta jgħid: “Ħa tnibbet l-​art il-​ħaxix, ħxejjex li jagħmlu ż-​żerriegħa,+ siġar tal-​frott li fuq l-​art jagħmlu l-​frott biż-​żerriegħa fih+ skond ġenshom.”*+ U hekk sar. 12  U l-​art bdiet tnibbet il-​ħaxix, ħxejjex li jagħmlu ż-​żerriegħa skond ġenshom,+ u siġar tal-​frott biż-​żerriegħa fih skond ġensu.+ U Alla ra li dan kien tajjeb. 13  U kien hemm fil-​għaxija u kien hemm fil-​għodu, it-​tielet jum. 14  U Alla ssokta jgħid: “Ħa jkun hemm dawwaliet fil-​firxa tas-​smewwiet biex jifirdu n-​nhar mil-​lejl;+ u dawn għandhom iservu bħala sinjali, kif ukoll iservu għall-​istaġuni, għall-​jiem, u għas-​snin.+ 15  U jridu jservu bħala dawwaliet fil-​firxa tas-​smewwiet biex jiddu għal fuq l-​art.”+ U hekk sar. 16  U Alla għamel iż-​żewġ dawwaliet il-​kbar, id-​dawwala akbar biex tiddomina n-​nhar u d-​dawwala iżgħar biex tiddomina l-​lejl, u għamel ukoll il-​kwiekeb.+ 17  U Alla poġġiehom fil-​firxa tas-​smewwiet biex jiddu għal fuq l-​art,+ 18  u biex jiddominaw bi nhar u bil-​lejl u biex jifirdu d-​dawl mid-​dlam.+ U Alla ra li dan kien tajjeb.+ 19  U kien hemm fil-​għaxija u kien hemm fil-​għodu, ir-​rabaʼ jum. 20  U Alla ssokta jgħid: “Ħa jkunu miżgħuda l-​ilmijiet bi qtajjaʼ t’erwieħ ħajjin+ u ħa jittajru l-​ħlejjaq li jtiru ’l fuq mill-​art f’wiċċ il-​firxa tas-​smewwiet.”+ 21  U Alla ħalaq il-​mostri kbar tal-​baħar+ u kull ruħ ħajja li titħarrek,+ li kotru fl-​ilmijiet skond ġenshom, u kull ħliqa li ttir bil-​ġwienaħ skond ġensha.+ U Alla ra li dan kien tajjeb. 22  Imbagħad Alla berikhom u qalilhom: “Nisslu u oktru u imlew l-​ilmijiet taʼ l-​ibħra,+ u ħa joktru fl-​art il-​ħlejjaq li jtiru.” 23  U kien hemm fil-​għaxija u kien hemm fil-​għodu, il-​ħames jum. 24  U Alla ssokta jgħid: “Ħa tnissel l-​art+ erwieħ ħajjin skond ġenshom, l-​annimali domestiċi+ u l-​annimali li jitkaxkru+ u l-​bhejjem salvaġġi+ taʼ l-​art skond ġenshom.” U hekk sar. 25  U Alla għamel il-​bhejjem salvaġġi taʼ l-​art skond ġenshom u l-​annimali domestiċi skond ġenshom u kull annimal li jitkaxkar taʼ l-​art skond ġensu.+ U Alla ra li dan kien tajjeb. 26  U Alla ssokta jgħid: “Ħa nagħmlu+ l-​bniedem fix-​xbieha tagħna,+ skond suritna,+ u ħa jkunu sottomessi lejhom il-​ħut tal-​baħar u l-​ħlejjaq li jtiru fis-​smewwiet u l-​annimali domestiċi u l-​art kollha u kull annimal li jitkaxkar u li qed jitħarrek fuq l-​art.”+ 27  U Alla ħalaq il-​bniedem fix-​xbieha tiegħu, fix-​xbieha t’Alla ħalqu;+ raġel u mara ħalaqhom.+ 28  U Alla berikhom+ u qalilhom: “Nisslu+ u oktru u imlew l-​art u rażżnuha,+ u ħa jkunu sottomessi+ lejkom il-​ħut tal-​baħar u l-​ħlejjaq li jtiru fis-​smewwiet u kull ħliqa ħajja li titħarrek fuq l-​art.” 29  U Alla ssokta jgħid: “Ara! Tajtkom il-​ħxejjex kollha li jagħmlu ż-​żerriegħa u li qegħdin fuq wiċċ l-​art kollha u kull siġra li fiha hemm il-​frott taʼ siġra li jagħmel iż-​żerriegħa.+ Ħa jservi dan bħala ikel għalikom.+ 30  U lil kull bhima salvaġġa taʼ l-​art u lil kull ħliqa li ttir fis-​smewwiet u lil kulma jitħarrek fuq l-​art li fih hemm il-​ħajja bħala ruħ, jien tajthom il-​ħaxix aħdar kollu bħala ikel.”+ U hekk sar. 31  Wara dan, Alla ra kulma kien għamel, u, ara, kien tajjeb ħafna.+ U kien hemm fil-​għaxija u kien hemm fil-​għodu, is-​sitt jum.

Noti taʼ taħt

“Fil-​bidu.” Bl-​Ebrajk, dan l-​ewwel ktieb tal-​Bibbja hu msemmi għal din il-​kelma li jiftaħ biha. “Ġenesi,” li jfisser “Oriġini; Twelid,” hu l-​isem mogħti mis-​Settanta Griega lill-​ewwel wieħed mill-​kotba tal-​Pentatewku.
Il-kelma “ġens” hawnhekk tfisser ġens maħluq jew ġej minn ċerta familja, skond it-​tifsira jew id-​definizzjoni eqdem tagħha u mhux kif jużawha l-​evoluzzjonisti taʼ llum.