Ġakbu 5:1-20

5  Ejjew, issa, intom l-​għonja,+ ibku, newħu minħabba l-​miżerji li ġejjin fuqkom.+  Ir-rikkezzi tagħkom tmermru, u ħwejjiġkom ittieklu mill-​kamla.+  Id-deheb u l-​fidda tagħkom imsaddin, u s-​sadid tagħhom se jixhed kontrikom u jiklilkom laħamkom. Xi ħaġa bħal nar+ ħżintu+ fl-​aħħar jiem.+  Ara! Il-​pagi li għandhom jieħdu l-​ħaddiema li ħasdulkom l-​għelieqi imma li qed iżżommu għandkom+ ikomplu jgħajtu,+ u s-​sejħiet tal-​ħassada għall-​għajnuna+ waslu f’widnejn+ Ġeħova taʼ l-​armati.  Intom għextu fil-​lussu fuq l-​art u ntlaqtu għall-​pjaċiri senswali.+ Semmintu qlubkom sa jum il-​qatla.+  Intom ikkundannajtu u qtiltu lill-​ġust. M’huwiex qed jiħodha kontra tagħkom?+  Għalhekk, ħuti, kunu paċenzjużi sal-​preżenza+ tal-​Mulej. Ara! Il-​bidwi jibqaʼ jistenna l-​frott prezzjuż taʼ l-​art, u jistennieh bil-​paċenzja sakemm ikollu l-​ewwel u l-​aħħar xita.+  Intom ukoll kunu paċenzjużi;+ issodaw lil qlubkom, għax il-​preżenza tal-​Mulej qorbot.+  Tkunux imdejqin b’xulxin, ħuti, sabiex ma tiġux ġudikati.+ Ara! L-​Imħallef qiegħed wieqaf quddiem il-​bieb.+ 10  Ħuti, ħudu bħala mudell+ lill-​profeti+ li tkellmu f’isem Ġeħova,+ sofrew il-​ħażen,+ u kienu paċenzjużi.+ 11  Ara! Aħna niddikjaraw henjin lil dawk li ssaportew.+ Smajtu bis-​sabar taʼ Ġob+ u rajtu t-​tmiem li tah Ġeħova;+ għax Ġeħova juri affezzjoni b’tenerezza kbira u hu mimli ħniena.+ 12  Iżda fuq kollox, ħuti, tibqgħux taħilfu, iva, la bis-​sema, la bl-​art, u lanqas b’xi ħalfa oħra.+ Imma ħallu l-​Iva tagħkom ikun Iva, u l-​Le, Le, sabiex ma tiġux ġudikati.+ 13  Hemm xi ħadd li qed isofri l-​ħażen fostkom? Ħa jkompli jitlob.+ Hemm xi ħadd b’burdata tajba? Ħa jkanta s-​salmi.+ 14  Hemm xi ħadd marid fostkom?+ Ħa jsejjaħ għandu lill-​anzjani+ tal-​kongregazzjoni, u ħa jitolbu għalih, jidilkuh biż-​żejt+ f’isem Ġeħova. 15  U t-​talb tal-​fidi jfejjaq lill-​marid,+ u Ġeħova jqajmu.+ Ukoll, jekk ikun għamel xi dnubiet, jinħafrulu.+ 16  Għalhekk, stqarru bil-​miftuħ+ dnubietkom lil xulxin u itolbu għal xulxin sabiex tfiqu.+ It-​talb bil-​ħerqa tal-​ġust għandu qawwa kbira f’dak li jistaʼ jwettaq.+ 17  Elija kien raġel b’sentimenti bħal tagħna,+ u madankollu talab biex ma tagħmilx xita;+ u m’għamlitx xita fuq l-​art għal tliet snin u sitt xhur. 18  U reġaʼ talab, u s-​sema ta x-​xita u l-​art tat il-​frott.+ 19  Ħuti, jekk xi ħadd fostkom jiġi żvijat mill-​verità u ħaddieħor idawru lura,+ 20  kunu afu li dak li jreġġaʼ midneb lura mill-​iżball+ li kien miexi fih isalvalu ruħu mill-​mewt+ u jgħatti kotra taʼ dnubiet.+

Noti taʼ taħt