Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Ġakbu 3:1-18

3  Mhux ħafna minnkom għandhom isiru għalliema,+ ħuti, għax nafu li aħna se nirċievu ġudizzju iktar iebes.+  Għax ilkoll nitfixklu ħafna drabi.+ Jekk xi ħadd ma jitfixkilx f’dak li jgħid,+ dan ikun raġel perfett,+ kapaċi jliġġem ukoll lil ġismu kollu.  Jekk inpoġġu lġiem+ f’ħalq iż-żwiemel biex jobduna,+ nikkontrollaw ukoll ġisimhom kollu.  Ara! Saħansitra l-bastimenti, għalkemm huma kbar ħafna u jiġu mbottati minn irjieħ qawwijin, jiġu gwidati minn naqra taʼ tmun+ lejn id-direzzjoni li jfettillu t-tmunier.  Hekk, ukoll, l-ilsien hu membru ċkejken u madankollu mimli ftaħir.+ Ara! Kif jaqbad bosk sħiħ b’daqsxejn nar!  Sewwa, l-ilsien hu nar.+ L-ilsien fih innifsu hu dinja taʼ ħażen fost il-membri taʼ ġisimna, għax itebbaʼ l-ġisem kollu+ u jagħti n-nar lir-rota tal-ħajja tal-bniedem u jingħata n-nar minn Geħenna.*  Għax kull xorta taʼ bhejjem salvaġġi kif ukoll t’għasafar u ħlejjaq li jitkaxkru u ħlejjaq tal-baħar jistgħu jiġu mmansati u ġew immansati mill-bniedem.+  Imma l-ilsien, ħadd mill-bnedmin ma jistaʼ jimmansah. Dan jagħmel ħafna ħsara, ma jitrażżanx, u mimli velenu li jġib il-mewt.+  Bih inbierku lil Ġeħova,+ il-Missier,+ u madankollu bih nisħtu+ lill-bnedmin li nħolqu “fix-xebh t’Alla.”+ 10  Mill-istess fomm joħorġu l-barka u s-saħta. Mhux xieraq, ħuti, li dawn l-affarijiet ikomplu sejrin hekk.+ 11  L-ilma ħelu u l-ilma morr ma jnixxux mill-istess għajn,+ hux hekk? 12  Ħuti, tina ma tistax tagħmel iż-żebbuġ jew dielja tagħmel it-tin, hux hekk?+ Lanqas l-ilma mielaħ ma jistaʼ jagħmel ilma ħelu. 13  Min hu għaref u kapaċi jifhem fostkom? Ħa juri bil-kondotta tajba tiegħu l-għemejjel tiegħu+ bil-ħlewwa li ġejja mill-għerf. 14  Imma jekk fi qlubkom għandkom għira kollha mrar+ u spirtu ġellied,+ tiftaħrux+ u tigdbux kontra l-verità.+ 15  Dan m’huwiex l-għerf li ġej minn fuq,+ imma hu taʼ l-art,+ taʼ l-annimali, tad-demonji.+ 16  Għax fejn hemm l-għira+ u l-ġlied, hemm id-diżordni u kull ħaġa vili.+ 17  Imma l-għerf+ li ġej minn fuq hu l-ewwelnett safi,+ imbagħad iġib il-paċi,+ hu raġunevoli,+ lest li jobdi, mimli ħniena u frott tajjeb,+ ma jagħmilx distinzjonijiet parzjali,+ mhux ipokrita.+ 18  Barra minn hekk, il-frott+ tal-ġustizzja+ jinżeraʼ f’kundizzjonijiet paċifiċi+ għal dawk li qegħdin iġibu l-paċi.+

Noti taʼ taħt

Ara Appendiċi 2.