Ġakbu 2:1-26

2  Ħuti, qegħdin intom tħarsu lejn l-​uċuħ+ waqt li tipprattikaw il-​fidi f’Ġesù Kristu, il-​Mulej u l-​glorja tagħna?+  Per eżempju, f’xi laqgħa tagħkom+ jidħol raġel bi ċrieket tad-​deheb f’subgħajh u bi lbies impressjonanti, u jidħol ukoll raġel fqir bi lbies maħmuġ.+  Madankollu titbissmu+ lil dak bi lbies impressjonanti u tgħidulu: “Poġġi hawnhekk f’post tajjeb,” u lill-​fqir tgħidulu: “Ibqaʼ bil-​wieqfa,” jew: “Poġġi hemmhekk taħt il-​banketta għal saqajja.”  Jekk tagħmlu dan, ma tkunux intom qed tagħmlu d-​distinzjonijiet tal-​klassi bejnietkom+ u tkunu sirtu mħallfin+ li jieħdu deċiżjonijiet ħżiena?+  Isimgħu, ħuti maħbubin. Mhux Alla kien li għażel lill-​foqra+ għad-​dinja biex ikunu għonja+ fil-​fidi u werrieta tas-​saltna, li hu wiegħed lil dawk li jħobbuh?+  Iżda intom iddiżonorajtu lill-​fqir. Mhux l-​għonja jaħqrukom,+ u jkaxkrukom lejn il-​qrati?+  Mhux huma jidgħu+ bl-​isem sabiħ li bih kontu msejħin?+  Issa, jekk tibqgħu twettqu l-​liġi nobbli*+ skond l-​iskrittura: “Ħobb lill-​proxxmu tiegħek bħalek innifsek,”+ tkunu qed tagħmlu sew.  Imma jekk tkomplu tħarsu lejn l-​uċuħ,+ tkunu qed tidinbu, għax qed tiġu mwiddbin mil-​liġi+ talli qed tiksruha. 10  Għax kulmin josserva l-​Liġi kollha imma jonqos f’ħaġa waħda, ikun qed jiksirhom kollha.+ 11  Għax dak li qal: “Tagħmilx adulterju,”+ qal ukoll: “Toqtolx.”+ Issa, jekk int ma tagħmilx adulterju imma toqtol, tkun qed tikser il-​liġi. 12  Ibqgħu tkellmu u aġixxu bħala dawk li se jiġu ġudikati mil-​liġi taʼ poplu ħieles.+ 13  Għax min ma jipprattikax il-​ħniena se jiġi ġudikat mingħajr ħniena.+ Il-​ħniena tifraħ bir-​rebħa fuq il-​ġudizzju. 14  X’jiswa, ħuti, jekk xi ħadd jgħid li għandu l-​fidi+ imma m’għandux għemejjel?+ Din il-​fidi ma tistax issalvah, hux veru?+ 15  Jekk ħu jew oħt m’għandhomx x’jilbsu u huma neqsin mill-​ikel taʼ kuljum,+ 16  u madankollu wieħed minnkom jgħidilhom: “Morru fil-​paċi, isħnu u ixbgħu,” imma ma tagħtuhomx il-​bżonnijiet għal ġisimhom, x’jiswa?+ 17  Hekk ukoll il-​fidi, jekk m’għandhiex għemejjel,+ hi mejta fiha nfisha. 18  Minkejja dan, xi ħadd jistaʼ jgħid: “Int għandek il-​fidi, u jien għandi l-​għemejjel. Urini l-​fidi tiegħek mingħajr l-​għemejjel, u jien nurik il-​fidi tiegħi bl-​għemejjel tiegħi.”+ 19  Int temmen li hemm Alla wieħed, hux tassew?+ Qed tagħmel sew. U madankollu d-​demonji jemmnu u jirtogħdu.+ 20  Imma trid tkun taf, ja bniedem vojt, li l-​fidi mingħajr għemejjel hi inattiva? 21  Missierna+ Abraham mhux bl-​għemejjel ġie dikjarat ġust wara li kien offra lil ibnu Iżakk fuq l-​artal?+ 22  B’dan tistaʼ tara li l-​fidi tiegħu ħadmet id f’id maʼ l-​għemejjel tiegħu u b’dawn l-​għemejjel il-​fidi tiegħu saret perfetta,+ 23  u twettqet l-​iskrittura li tgħid: “Abraham poġġa l-​fidi f’Ġeħova, u dan ngħaddlu bħala ġustizzja,”+ u beda jissejjaħ “il-​ħabib taʼ Ġeħova.”+ 24  B’hekk tistgħu taraw li bniedem jiġi dikjarat ġust+ bl-​għemejjel,+ u mhux bil-​fidi biss.+ 25  Bl-istess mod ma kinitx ukoll Raħab+ il-​prostituta dikjarata ġusta bl-​għemejjel, wara li kienet laqgħet lill-​messaġġiera bl-​ospitalità u bagħtithom minn triq oħra?+ 26  Tabilħaqq, bħalma l-​ġisem mingħajr l-​ispirtu hu mejjet,+ hekk ukoll il-​fidi mingħajr l-​għemejjel hi mejta.+

Noti taʼ taħt

Letteralment, “il-​liġi taʼ sultan.”