Mur fil-kontenut

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Policy globali dwar l-użu taʼ data persunali

Policy globali dwar l-użu taʼ data persunali

UŻU TAʼ DATA PERSUNALI

Il-​biċċa l-​kbira tal-​kontenut li ssib fil-​websajt tagħna jistaʼ jkollok aċċess għalih mingħajr ma tirreġistra u mingħajr ma tagħtina informazzjoni. Però, xi funzjonijiet huma disponibbli biss għal dawk li jirreġistraw, għal dawk li jagħmlu xi rikjesti jew japplikaw, jew għal dawk li d-​data persunali tagħhom hija trasmessa via jw.org permezz taʼ kongregazzjoni tax-​Xhieda taʼ Ġeħova. Aħna nipproċessaw id-​data persunali tiegħek bil-​permess tiegħek. F’ċerti każi, jekk int twaqqaf dan il-​permess, jistaʼ jkollna bażi leġittima legali biex inkomplu nipproċessaw id-​data tiegħek, dejjem jekk il-​ħtiġijiet legali rispettivi jintlaħqu.

Id-​data persunali li tagħti int fuq il-​websajt tintuża biss għall-​iskopijiet li tiġi mgħarraf bihom meta tkun bgħatt l-​informazzjoni. Dawn l-​iskopijiet jistgħu jinkludu dan li ġej:

Kontijiet. L-​indirizz elettroniku li tagħtina meta toħloq kont fuq din il-​websajt jistaʼ jintuża biex tiġi kkuntattjat rigward il-​kont tiegħek. Pereżempju, jekk tinsa l-​username jew il-​password tiegħek u titlob għajnuna biex tkun tistaʼ tilloggja, se tingħata għajnuna permezz taʼ messaġġ li jintbagħat fl-​indirizz elettroniku li tkun daħħalt fil-​profile tiegħek.

Applikazzjonijiet. Int tistaʼ tuża din il-​websajt biex titfaʼ applikazzjoni, jew il-​kongregazzjoni tiegħek tistaʼ tuża din il-​websajt biex titfaʼ applikazzjoni għan-​nom tiegħek. F’dan il-​każ, l-​informazzjoni li tiġi provduta tintuża biss biex aħna nipproċessaw u nikkunsidraw l-​applikazzjoni tiegħek u għal skopijiet amministrattivi li jkunu relatati. Jekk ikun hemm bżonn li l-​applikazzjoni tiegħek tiġi proċessata, l-​informazzjoni li jkun hemm fuq l-​applikazzjoni tistaʼ tingħata wkoll lil fergħat oħrajn jew lil organizzazzjonijiet simili tax-​Xhieda taʼ Ġeħova f’diversi pajjiżi.

Donazzjonijiet. Jekk tagħti donazzjoni taʼ flus onlajn, aħna nieħdu ismek u l-​informazzjoni taʼ kuntatt. Biex naċċettaw id-​donazzjonijiet permezz taʼ kredit kard, aħna nagħmlu użu minn pagamenti onlajn li huma magħrufin li jagħtu servizz b’sigurtà kbira u li għandhom il-​policy li jżommu l-​informazzjoni privata. Aħna nistgħu nirċievu informazzjoni finanzjarja, bħal numru taʼ kredit kard jew numru taʼ kont finanzjarju li jkun neċessarju biex id-​donazzjoni tiegħek tiġi proċessata, u nagħtu l-​informazzjoni meħtieġa lil dawk li jipproċessaw is-​servizz. Aħna nipproċessaw id-​donazzjoni tiegħek b’mod sigur billi nużaw miżuri li huma konformi mal-​Payment Card Industry Data Security Standard (“PCI DSS”). Ir-​reċipjent tad-​donazzjoni jżomm ir-​rekords tat-​transazzjonijiet finanzjarji minn tal-​inqas għaxar snin. Dan jinkludi rekords tad-​data tad-​donazzjoni, l-​ammont li ngħata, u l-​metodi li bihom tkun saret id-​donazzjoni. Dan se jippermettilna biex inkunu konformi mal-​liġijiet tal-​accounts u biex inwieġbu kwalunkwe mistoqsija li jistaʼ jkollok matul dan il-​perjodu. Aħna mhux se nikkuntattjawk biex nitolbuk tagħti iktar donazzjonijiet.

Talbiet għal iktar informazzjoni jew studju tal-​Bibbja. Tistaʼ wkoll titlob iktar informazzjoni jew studju tal-​Bibbja b’xejn permezz tal-​websajt tagħna. Aħna se nużaw l-​informazzjoni personali li tagħtina meta tagħmel ir-​rikjesta tiegħek f’affarijiet li għandhom x’jaqsmu biss mar-​rikjesta speċifika tiegħek. Biex tintlaħaq ir-​rikjesta tiegħek, jistaʼ jkun hemm bżonn li l-​informazzjoni tiegħek tingħata wkoll lil fergħat oħrajn jew lil organizzazzjonijiet simili tax-​Xhieda taʼ Ġeħova.

Skopijiet oħrajn. Int tistaʼ tagħti d-​data persunali (bħal ismek, fejn toqgħod, u n-​numru tat-​telefown) għal skopijiet oħra u mhux biss għal meta toħloq kont, titfaʼ applikazzjoni, jew tagħti donazzjoni. F’kull każ, l-​iskop għala tiġi mistieden tagħtina l-​informazzjoni se jintgħamel ċar. Aħna mhux se nużaw l-​informazzjoni tiegħek għal skopijiet li ma jkunux intgħamlu ċari meta tajtna l-​informazzjoni tiegħek.

Aħna niġbru, inżommu, u nużaw din l-​informazzjoni personali biss għar-​raġunijiet li int tkun bgħatt l-​informazzjoni, u nżommu din l-​informazzjoni biss sakemm ikun hemm bżonn għal dawn l-​iskopijiet jew għal skopijiet leġittimi li jistgħu japplikaw. Jekk int tagħżel li ma tagħtix xi informazzjoni persunali li tintalab minna, jistaʼ ma jkunx possibbli li jkollok aċċess għal ċerti partijiet tas-​sit jew biex aħna nwieġbu r-​rikjesta tiegħek.

L-​informazzjoni li tipprovdi fir-​rikjesta jew l-​applikazzjoni tiegħek hi aċċessibbli għal dawk li jipproċessaw id-​data ħalli jitwettaq l-​iskop tal-​ipproċessar tad-​data u/jew għal speċjalisti li jagħtu appoġġ tekniku u li jagħmlu xogħol relatat mal-​ħidma u l-​manutenzjoni tas-​sistema teknika. Aħna ma nagħtux id-​data persunali tiegħek lil xi ħadd ieħor ħlief jekk (1) ikun neċessarju li nagħmlu hekk biex nagħtuk is-​servizz li tkun tlabt int u aħna nkunu informajniek b’kollox; (2) ġenwinament inkunu nemmnu li ngħaddu informazzjoni bħal din għax ikun neċessarju b’mod raġunevoli biex tissodisfa kwalunkwe liġi jew regolament li japplikaw; (3) ikun bżonn li tingħata minħabba rikjesta li tkun saret mill-​awtoritajiet li jinforzaw il-​liġi; jew (4) ikun neċessarju biex nindunaw u nevitaw frodi għas-​sigurtà jew kwistjonijiet tekniċi. Billi tuża din il-​websajt, int qed tagħti l-​kunsens tiegħek li nagħtu d-​data persunali tiegħek lil terzi persuni għal dawn l-​iskopijiet biss. Kwalunkwe data persunali li tagħti taħt l-​ebda ċirkustanza ma tinbiegħ, tiġi traded, jew tinkera.

TRASFERIMENT TAD-​DATA BARRA L-​PAJJIŻ

L-​organizzazzjoni reliġjuża topera globalment permezz taʼ diversi entitajiet lokali. Xi servers li huma responsabbli tal-​websajt qegħdin fl-​Istati Uniti tal-​Amerika. Aħna nistgħu nittrasferixxu d-​data tiegħek barra l-​pajjiż fejn toqgħod, u dan jistaʼ jinkludi pajjiżi fejn il-​liġijiet ikollhom livelli differenti taʼ protezzjoni tad-​data li mhux dejjem ikunu ekwivalenti mal-​livell tal-​protezzjoni tad-​data tal-​pajjiż li tkun qed toqgħod fih. Waqt li nkunu qed nimmaniġġaw u nittrasferixxu d-​data persunali tiegħek, aħna nieħdu miżuri li huma mfassla biex jipproteġu d-​data tiegħek. Aħna nistennew li l-​organizzazzjonijiet kollha li jużaw ix-​Xhieda taʼ Ġeħova u li jappoġġaw ix-​xogħol tagħhom isegwu l-​policies tagħna tal-​protezzjoni tad-​data u l-​liġijiet u r-​regolamenti effettivi fuq id-​data persunali.

Billi żżur din il-​websajt u tikkomunika magħna b’mod elettroniku, int tkun qed tagħti l-​kunsens tiegħek biex isiru dawn it-​trasferimenti.

ID-​DRITTIJIET TIEGĦEK

Kull meta nipproċessaw id-​data persunali tiegħek, aħna nieħdu passi raġunevoli biex nagħmlu ċert li l-​informazzjoni tiegħek tkun eżatta u aġġornata għall-​iskopijiet li tkun ġiet miġbura. Skont il-​pajjiż li tgħix fih u l-​liġijiet tal-​protezzjoni tad-​data li jkunu japplikaw lokalment, int jistaʼ jkollok id-​drittijiet li ġejjin rigward id-​data persunali li tkun tajtna:

  • Int tistaʼ titlob informazzjoni rigward il-​ġbir u l-​użu tal-​informazzjoni persunali tiegħek skont il-​liġijiet lokali li huma applikabbli;

  • Int tistaʼ titlob biex taċċessa, twaqqaf, jew tħassar l-​informazzjoni persunali tiegħek, jew tikkoreġiha jekk mhix kompluta jew mhix eżatta;

  • Meta jkollok raġunijiet leġittimi biex tagħmel dan, int tistaʼ toġġezzjona biex ma jsirx l-​iproċessar tal-​informazzjoni persunali tiegħek u titlobna biex ma nkomplux nipproċessaw id-​data tiegħek.

Jekk il-​pajjiż li tgħix fih għandu liġijiet dwar il-​protezzjoni tad-​data li huma applikabbli u int tixtieq li jkollok aċċess, tikkoreġi, jew tħassar id-​data persunali tiegħek, int tistaʼ ssib l-​informazzjoni taʼ kuntatt fuq il-​paġna l-​Kuntatti tal-​Protezzjoni tad-​Data.

Malli nirċievu r-​rikjesta tiegħek bil-​miktub, u wara li tkun tajtna biżżejjed evidenza tal-​identità tiegħek u biżżejjed informazzjoni biex tippermettilna nidentifikaw id-​data persunali tiegħek, il-​kontrollatur kompetenti tad-​data se jikkunsidra sew jekk jaċċettax ir-​rikjesta tiegħek billi jibbilanċja l-​interessi tal-​individwu f’li jikseb aċċess għad-​data jew jikkoreġi jew iħassar id-​data, kontra l-​interessi leġittimi tal-​organizzazzjoni. Se jikkunsidra jekk l-​aċċettar tar-​rikjesta tiegħek tipperikolax id-​dritt tal-​organizzazzjoni f’dik li hi libertà u prattika reliġjuża. Se navżaw ukoll lil terzi persuni li jkunu rċivew id-​data biex jagħmlu l-​bidliet neċessarji.

Jekk jogħġbok innota li d-​data tiegħek ma tistax tiġi mħassra jekk l-​ipproċessar hu meħtieġ mil-​liġi jew jekk id-​data tistaʼ tinżamm fuq bażijiet legali oħra. Pereżempju, l-​organizzazzjoni reliġjuża għandha interess li żżomm b’mod permanenti d-​data dwar l-​istatus taʼ individwu bħala wieħed mix-​Xhieda taʼ Ġeħova. Jekk din l-​informazzjoni tiġi mħassra tistaʼ tikser b’mod mhux xieraq it-​twemmin u l-​prattiki reliġjużi tal-​organizzazzjoni. It-​talbiet biex titħassar id-​data personali huma suġġetti għal kwalunkwe ħtiġijiet legali biex dawn jiġu rrapportati jew ħtiġijiet dwar kemm għandhom jinżammu d-​dokumenti imposti fuqna. Tistaʼ wkoll tippreżenta lment mal-​awtorità tal-​protezzjoni tad-​data lokali tiegħek dwar l-​ipproċessar tad-​data li kont tajt permezz taʼ din il-​websajt.