Mur fil-kontenut

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Policy globali dwar l-użu taʼ cookies u teknoloġiji simili

Policy globali dwar l-użu taʼ cookies u teknoloġiji simili

Bħall-​biċċa l-​kbira mill-​websajts, meta tidħol f’din il-​websajt, ammont żgħir taʼ informazzjoni għandha mnejn tiġi maħżuna fuq il-​mowbajl, it-​tablet, jew il-​hard drive tal-​kompjuter tiegħek billi jintużaw il-​cookies, web beacons, u teknoloġiji simili. L-​użu tat-​terminu “cookies” f’din il-​Policy huwa vast u jinkludi teknoloġiji simili bħal-​localStorage. Il-​cookies jgħinu biex iħaddmu din il-​websajt u jipprovdulna informazzjoni dwar kif qed imorru dawk li jużaw il-​websajt tagħna. Aħna nużaw din l-​informazzjoni biex intejbu l-​websajt tagħna. Aħna ma noqogħdux nidentifikaw lil dawk li jżuru l-​websajt individwalment sakemm ma jibagħtux minn jeddhom id-​dettalji tagħhom permezz taʼ waħda mill-​formoli jew mill-​applikazzjonijiet fuq il-​websajt.

Cookies. Hemm diversi tipi taʼ cookies li jagħmlu xogħol differenti u ġeneralment itejbu l-​esperjenza tiegħek fuq il-​websajt. Aħna nistgħu nużaw il-​cookies biex juruna jekk użajtx il-​websajt diġà jew biex ifakkruna l-​preferenzi li tagħżel int meta tuża l-​websajt. Pereżempju, aħna għandna mnejn naħżnu l-​lingwa li għażilt int f’cookie, sabiex inkunu nistgħu nagħżlu din il-​lingwa meta int terġaʼ tidħol fil-​websajt. Aħna ma nużawx il-​cookies għal reklamar.

It-​tip taʼ cookies użati fuq din il-​websajt jistgħu jkunu klassifikati f’waħda minn tliet kategoriji:

  1. Strictly Necessary Cookies. Dawn huma importanti ħafna biex int tkun tistaʼ tuża ċerti features tal-​websajt, bħal li tidħol fil-​formoli jew tibgħathom. Mingħajr dawn il-​cookies, servizzi li għamilt talba għalihom, bħal li tagħmel donazzjoni onlajn, ma jkunux jistgħu jiġu provduti. Dawn jinkludu wkoll cookies li jippermettulna nipprovdu servizz li int tlabtna waqt li kont fuq il-​websajt. Dawn il-​cookies ma jiġbrux informazzjoni dwarek li tistaʼ tintuża għall-​marketing jew li jiftakru fejn dħalt fuq l-​internet.

  2. Functionality Cookies. Dawn jintużaw biex iħallu l-​websajt tiftakar għażliet li għamilt int (bħall-​username, il-​lingwa, jew ir-​reġjun) u jipprovdu features taʼ kwalità tajba biex itejbu l-​esperjenza tiegħek fuq l-​internet.

  3. Analytical Cookies. Dawn jintużaw biex tinġabar informazzjoni dwar kif tiġi użata din il-​websajt, bħal pereżempju, kemm-​il darba n-​nies iżuru l-​websajt jew kemm idumu fuqha bejn wieħed u ieħor. L-​informazzjoni tiġi użata biss biex ittejjeb kif taħdem din il-​websajt.

Il-biċċa l-kbira tal-cookies tagħna huma first-​party, li huma ssettjati mill-​websajt tagħna. Ftit huma third-​party cookies li huma ssettjati minn websajts differenti. Fl-eżempji tal-cookies li semmejna, aħna nuru bʼmod ċar meta nużaw third-​party cookies.

Web Beacons. Paġni tal-​websajt tagħna jistaʼ jkollhom fajls elettroniċi żgħar magħrufin bħala web beacons li jħalluna nżommu rekord tal-​attività, bħal meta tidħol fuq ċerta paġna. Il-​Web beacons jintużaw biex jaraw l-​użu taʼ din il-​websajt u jimmonitorjaw kif qed taħdem.

L-​użu taʼ IP Addresses. L-​IP Address huwa kowd bin-​numri li jidentifika lill-​kompjuter tiegħek fuq l-​internet. Aħna nużaw l-​IP Address tiegħek u liema browser qed tuża biex jgħinuna nanalizzaw b’liema mod qed tintuża l-​websajt u nindunaw bi problemi fuq din il-​websajt u biex intejbu s-​servizz li noffru lilek. Imma mingħajr informazzjoni addizzjonali l-​IP Address tiegħek ma jidentifikakx bħala individwu.

L-​għażla tiegħek. Meta dħalt fuq din il-​websajt, il-​cookies tagħna intbagħtu lill-​web browser tiegħek u ġew maħżunin fuq il-​kompjuter tiegħek. Billi tuża l-​websajt tagħna, inti taċċetta l-​użu tal-​cookies u teknoloġiji simili. Jekk tixtieq li tneħħihom, tistaʼ tagħmel dan mis-​settings fuq il-​browser tiegħek; madankollu, jekk jogħġbok innota li mingħajr il-​cookies ma tkunx tistaʼ tieħu vantaġġ sħiħ mill-​features kollha tal-​websajt tagħna. Il-​mod taʼ kif tneħħi l-​cookies ivarja minn browser għal ieħor. Int tistaʼ tfittex fuq il-​Help menu tal-​web browser tiegħek għall-​istruzzjonijiet kollha.

Agħżel websajt mil-​lista t’hawn taħt biex tara eżempji tal-​użu tagħna tal-​cookies fuq dik il-​websajt.

Ara wkoll Cookies u teknoloġiji simili użati minn diversi websajts tagħna.