Mistoqsijiet dwar il-Bibbja mweġbin

Mistoqsijiet dwar il-Bibbja mweġbin

L-​ulied kif jistgħu jitgħallmu jħobbu lil Alla?

Uża tagħlimiet mill-ħolqien biex tgħin lil ibnek isir jaf u jħobb lil Alla

Huwa biss billi jkollhom l-​evidenza li Alla jeżisti u li jħobbhom li wliedek jistgħu jitgħallmu jħobbuh. Biex iħobbu lil Alla, huma għandhom bżonn ikunu jafuh. (1 Ġwanni 4:8) Pereżempju, għandhom bżonn ikunu jafu: Alla għala ħalaq lill-​bniedem? Alla għala jippermetti t-​tbatija? X’se jagħmel Alla għall-​bniedem fil-​futur?—Aqra Filippin 1:9.

Sabiex tgħin lil uliedek iħobbu lil Alla, għandek turihom li int stess tħobbu. Meta jaraw dan, x’aktarx li jagħmlu bħalek.—Aqra Dewteronomju 6:5-​7; Proverbji 22:6.

Kif tistaʼ tilħaq qalb uliedek?

Il-​Kelma t’Alla hi qawwija. (Ebrej 4:12) Għalhekk, għin lil uliedek jitgħallmu t-​tagħlim bażiku tagħha. Sabiex jilħaq qalb in-​nies, Ġesù staqsa mistoqsijiet, ta widen, u spjega l-​Iskrittura. Sabiex tilħaq qalb uliedek, int tistaʼ timita l-​mod taʼ kif Ġesù għallem.—Aqra Luqa 24:15-​19, 27, 32.

Flimkien maʼ dan, rakkonti mill-​Bibbja taʼ kif Alla ttratta man-​nies jistgħu jgħinu lit-​tfal ikunu jafu u jħobbu lil Alla. Pubblikazzjonijiet imħejjijin għal dan l-​iskop huma disponibbli fuq www.jw.org/mt.—Aqra t-2 Timotju 3:16.