Malti
Kif tikkontrolla d-drawwiet tiegħek
https://cms-imgp.jw-cdn.org/img/p/102016124/univ/art/102016124_univ_sqr_xl.jpg
g16 Nru. 4 p. 3

SUĠĠETT PRINĊIPALI

Kif tikkontrolla d-drawwiet tiegħek

Kif tikkontrolla d-drawwiet tiegħek
  • META jdoqq l-​iżveljarin taʼ Austin, ikun għadu bi ngħas. Imma malajr joħroġ mis-​sodda, jilbes il-​ħwejjeġ li lesta filgħaxija, u jmur ġirja żgħira—bħalma kien qed jagħmel tliet darbiet fil-​ġimgħa għal sena sħiħa.

  • Laurie għadha kif iġġieldet mar-​raġel tagħha. Irrabjata u mifxula, tidħol tiġri fil-​kċina, toħroġ borża ċikkulatini, u tikolhom kollha—bħalma jidher li tagħmel kull darba li tkun inkwetata.

X’għandhom komuni Austin u Laurie? Kemm jekk jirrealizzaw jew le, it-​tnejn ġew affettwati minn forza b’saħħitha—id-​drawwa.

Xi ngħidu għalik? Hemm xi drawwiet tajbin li tixtieq li jkollok f’ħajtek? Forsi l-​mira tiegħek hi li tibda tagħmel l-​eżerċizzju regolarment, li torqod iżjed, jew li żżomm iktar kuntatt maʼ nies li huma għeżież għalik.

Min-​naħa l-​oħra, forsi tixtieq taqtaʼ xi vizzju, bħal li tpejjep, li tiekol ħafna ikel mhux sustanzjuż, jew li tqattaʼ wisq ħin fuq l-​Internet.

Ngħiduha kif inhi, jistaʼ jkun diffiċli tegħleb vizzju. Fil-​fatt intqal li vizzju hu bħal sodda sħuna f’ġurnata kiesħa: faċli biex tidħol fiha u diffiċli biex toħroġ minnha!

Mela kif tistaʼ tikkontrolla d-​drawwiet tiegħek u tagħmilhom jaħdmu favurik minflok kontrik? Ikkunsidra t-​tliet suġġerimenti li ġejjin ibbażati fuq prinċipji misjubin fil-​Bibbja.