Malti
Jegħlbu ostaklu tal-qedem
https://cms-imgp.jw-cdn.org/img/p/102016085/univ/art/102016085_univ_sqr_xl.jpg
g16 Nru. 3 p. 3

SUĠĠETT PRINĊIPALI | JINGĦELEB L-​OSTAKLU TAL-​LINGWA

Jegħlbu ostaklu tal-qedem

Jegħlbu ostaklu tal-qedem

IL-​VARJETÀ u l-​kwantità kbira tal-​lingwi tad-​dinja—xi 7,000 fil-​preżent—jistgħu jikkomplikaw l-​ivvjaġġar, in-​negozju, l-​edukazzjoni, u t-​tmexxija mill-​gvernijiet. Dan kien hekk sa mill-​qedem. Pereżempju, madwar is-​sena 475 QK, taħt it-​tmexxija tas-​Sultan Aħasweru (x’aktarx Serse I), il-​Persjani wasslu digrieti uffiċjali fit-​territorju, “mill-​Indja sa l-​Etjopja, mija u sebgħa u għoxrin provinċja, lil kull provinċja skond il-​kitba tagħha u lil kull poplu bl-​ilsien tiegħu.” a

Illum, il-​biċċa l-​kbira tal-​organizzazzjonijiet—anki gvernijiet—lanqas jipprovaw jagħmlu biċċa xogħol diffiċli bħal din. Madankollu, hemm organizzazzjoni waħda li għamlet dan b’suċċess. Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova jippubblikaw rivisti, produzzjonijiet bl-​awdjo u bil-​vidjow, u ħafna kotba—inkluż il-​Bibbja—b’total taʼ iżjed minn 750 lingwa. Dan jinkludi xi 80 lingwa tas-​sinjali. Ix-​Xhieda wkoll jippubblikaw diversi verżjonijiet taʼ Braille għall-​għomja.

Iktar minn hekk, ix-​Xhieda taʼ Ġeħova ma jagħmlux qligħ finanzjarju mill-​isforzi tagħhom. Fil-​fatt, it-​tradutturi tagħhom u ħaddiema oħrajn huma kollha volontieri. Għala jagħmlu daqshekk sforz biex jittraduċu f’tant lingwi, u kif jagħmlu dan?

a Ara Ester 8:9 fil-​Bibbja.