Malti
Għonq in-nemla
https://cms-imgp.jw-cdn.org/img/p/102016091/univ/art/102016091_univ_sqr_xl.jpg
g16 Nru. 3 p. 16

ĠIE DISINJAT?

Għonq in-nemla

Għonq in-nemla

L-​INĠINIERI jistagħġbu bl-​abbiltà taʼ nemel komuni li jerfaʼ toqol ħafna itqal minn ġismu stess. Biex jifhmu din l-​abbiltà, inġinieri minn Ohio State University, fl-​Istati Uniti tal-​Amerika, studjaw l-​anatomija, il-​karatteristiki fiżiċi, u l-​funzjonijiet mekkaniċi tan-​nemla permezz taʼ mudelli fuq il-​kompjuter biex ikunu jistgħu jaraw kif kull parti tan-​nemla taħdem mal-​partijiet l-​oħra. Il-​mudelli nħolqu billi sar eksrej taʼ kull sezzjoni (micro CT scans) u ntgħamlet imitazzjoni tal-​forza li tipproduċi n-​nemla meta ġġorr tagħbija.

Parti importanti ħafna tal-​anatomija tan-​nemla hi l-​għonq, li jrid iġorr il-​piż kollu tat-​tagħbija li n-​nemla żżomm b’ħalqha. Tessuti rotob fl-​għonq tan-​nemla jintrabtu mal-​esoskeletru iebes (kisja minn barra fuq insett) tal-​parti taʼ bejn l-​għonq u ż-​żaqq (toraċi) b’mod li hu simili għal meta s-​swabaʼ taʼ id jillokkjaw maʼ xulxin. “Id-​disinn u l-​istruttura taʼ kif jingħaqdu hu kruċjali biex il-​ġog tal-​għonq jagħmel xogħlu,” jgħid wieħed mir-​riċerkaturi. “Dan il-​mod uniku taʼ kif materjal iebes u materjal artab jintrabtu flimkien x’aktarx isaħħaħ din ir-​rabta u jistaʼ jkun fattur fundamentali tad-​disinn strutturali li jagħmilha possibbli għall-​ġog tal-​għonq biex iġorr piż tqil ħafna.” Riċerkaturi jittamaw li fehma ċara taʼ kif jiffunzjona għonq in-​nemla se tikkontribwixxi għall-​avanz fid-​disinn tal-​mekkaniżmi robotiċi magħmulin mill-​bniedem.

Int x’taħseb? Għonq in-​nemla bis-​sistemi mekkaniċi komplikati u tant integrati tagħha evolva? Jew ġie disinjat?