Malti
Il-​ħjut tal-​molluski tal-​baħar
https://cms-imgp.jw-cdn.org/img/p/102016211/univ/art/102016211_univ_sqr_xl.jpg
g16 Nru. 6 p. 7

ĠEW DISINJATI?

Il-​ħjut tal-​molluski tal-​baħar

Il-​ħjut tal-​molluski tal-​baħar

BĦALL-​koċċli, il-​molluski tal-​baħar jeħlu maʼ blat, injam, jew vapuri. Madankollu, għall-​kuntrarju tal-​koċċli li huma nfushom jeħlu sew maʼ xi ħaġa, il-​molluski tal-​baħar jiddendlu permezz taʼ ħafna ħjut irqaq qishom ħarir. Għalkemm il-​ħjut jidhru dgħajfin wisq biex jirreżistu l-​impatt tal-​mewġ tal-​baħar, dan il-​metodu jżid il-​flessibiltà tal-​mollusk sabiex jiekol u jiċċaqlaq minn post għal ieħor. Imma dawn il-​ħjut kif jippermettu lill-​mollusk jibqaʼ jżomm u ma jinġarrx mal-​kurrent?

Ikkunsidra: Il-​ħjut huma ibsin f’tarf minnhom u fl-​istess ħin rotob u jiġġebbdu fit-​tarf l-​ieħor. Xi riċerkaturi sabu li r-​ratio eżatt tal-​ħjut tal-​mollusk—80 fil-​mija taʼ materjal iebes u 20 fil-​mija taʼ materjal artab—hu essenzjali biex il-​mollusk jeħel bl-​aktar mod sod. B’hekk, huma kapaċi jifilħu għall-​ġbid u l-​imbottar tal-​forzi qawwijin tal-​kurrenti.

Il-​Professur Guy Genin jispjega li r-​riżultat taʼ din ir-​riċerka hu wieħed “tal-​għaġeb” u jżid jgħid: “Il-​meravilja taʼ dan l-​organiżmu qiegħda fl-​istruttura inġenjuża taʼ kif in-​naħa ratba u n-​naħa iebsa jaħdmu flimkien.” Ix-​xjenzjati jemmnu li d-​disinn taʼ dawn il-​ħjut jistaʼ jintuża b’diversi modi bħal biex jitwaħħlu affarijiet maʼ bini u mal-​parti li tkun fl-​ilma tal-​vapuri, biex jitwaħħlu l-​muskoli mal-​għadam, u biex jingħalaq xi ftuħ waqt operazzjoni. “Jekk nikkunsidraw biss il-​modi tat-​twaħħil, in-​natura hi mimlija b’affarijiet tal-​għaġeb li nistgħu nitgħallmu minnhom,” jgħid J. Herbert Waite, professur fl-​Università taʼ Kalifornja f’Santa Barbara, l-​Istati Uniti tal-​Amerika.

Int x’taħseb? Il-​ħjut qishom ħarir tal-​mollusk tal-​baħar ġew bl-​evoluzzjoni? Jew ġew iddisinjati?