STENBAĦ! Nru. 3 2017 | Hija l-​Bibbja verament mingħand Alla?

Hija l-​Bibbja mingħand Alla? Jew hi ktieb li fih biss il-​ħsibijiet tal-​bniedem?

Din il-​ħarġa taʼ Stenbaħ! se tikkunsidra tliet raġunijiet għala nistgħu nkunu ċerti li l-​Bibbja hi minn Alla.

 

SUĠĠETT PRINĊIPALI

Il-Bibbja—Hija verament “imnebbħa minn Alla”?

Xi wħud iħossu li l-Bibbja b’xi mod hi konnessa m’Alla. Xi wħud iqisuha bħala ġabra taʼ ħrejjef, stejjer, u kmandi tal-qedem miktubin mill-bniedem.

SUĠĠETT PRINĊIPALI

Il-Bibbja—Eżatta f’kull aspett

Il-Bibbja mhux biss iddeskriviet eżatt l-elementi tan-natura ħafna qabel ma xjenzjati setgħu jispjegawhom, imma wkoll tbassar x’kellu jiġri minn xi saltniet, u tagħti tweġibiet sodisfaċenti għall-mistoqsijiet importanti tal-ħajja.

GĦAJNUNA GĦALL-FAMILJA

L-importanza tal-faċendi

Qed iżżomm lura milli tqabbad lit-tfal jagħmlu xi faċenda? Jekk iva, ikkunsidra li meta jgħinu fid-dar jistgħu jitgħallmu jsiru responsabbli u jesperjenzaw il-ferħ.

Is-sistema nervuża tal-intestini—Hija “t-tieni moħħ” taʼ ġismek?

Din il-“fabbrika tal-kimika” kumplessa qiegħda fil-biċċa l-kbira f’żaqqek. X’tagħmel eżattament għalik?

INTERVISTA

Wieħed li jiżviluppa s-softwer tal-kompjuters jispjega t-twemmin tiegħu

Meta Dr. Fan Yu beda l-karriera tiegħu bħala riċerkatur fil-matematika kien jemmen bl-evoluzzjoni. Issa jemmen li l-ħajja ġiet iddisinjata u maħluqa minn Alla. Għaliex?

IL-ĦARSA TAL-BIBBJA

L-anġli

L-anġli jidhru fil-kotba, fl-arti, u fil-films. X’turi l-Iskrittura dwarhom?

ĠIE DISINJAT?

Il-fer tal-lontra tal-baħar

Xi mammiferi tal-ilma għandhom saff oħxon taʼ xaħam biex jibqgħu sħan. Il-lontra tal-baħar għandha metodu ieħor.

Iktar Affarijiet Onlajn

X’nistaʼ nagħmel biex ikolli iktar libertà?

Inti tħoss li għandek tiġi trattat bħala adult, imma l-​ġenituri tiegħek jaf ma jaqblux miegħek. X’passi tistaʼ tieħu biex tirbaħ il-​fiduċja tagħhom?

Min hu l-Awtur tal-Bibbja?

Jekk inkitbet min-nies, tistaʼ tissejjaħ il-Kelma t’Alla? Il-ħsibijiet taʼ min fiha l-Bibbja?