Malti
Sieq iż-żiemel
https://cms-imgp.jw-cdn.org/img/p/102014368/univ/art/102014368_univ_sqr_xl.jpg
g 11/14 p. 16

ĠIET DISINJATA?

Sieq iż-żiemel

Sieq iż-żiemel

ŻIEMEL (Equus caballus) jistaʼ jiggaloppja b’veloċità taʼ 50 kilometru fis-​siegħa. Għalkemm dan jinvolvi xogħol mekkaniku konsiderevoli, tintuża relattivament ftit enerġija. Dan kif inhu possibbli? Is-​sigriet qiegħed fis-​saqajn taż-​żiemel.

Ara x’jiġri meta żiemel jiggaloppja. Muskoli b’għeruq elastiċi jassorbu l-​enerġija meta s-​sieq tagħmel pass fuq l-​art, u bħal molla, dawn ireġġgħu dik l-​enerġija lura u jimbottaw liż-​żiemel ’il quddiem.

Iżjed minn hekk, saqajn iż-​żiemel hu u jiggaloppja jivvibraw bi frekwenzi għoljin li jistgħu jagħmlu l-​ħsara lill-​għeruq tiegħu. Madankollu, il-​muskoli fis-​saqajn jassorbu l-​impatti. Ir-​riċerkaturi jsejħu din l-​istruttura “disinn speċjalizzat ħafna taʼ muskoli b’għeruq” li jipprovdi kemm aġilità kif ukoll saħħa.

L-​inġiniera qed jipprovaw jimitaw id-​disinn tas-​saqajn taż-​żiemel biex jużawh f’robots b’erbaʼ saqajn. Però, skont il-​Biomimetic Robotics Laboratory tal-​Massachusetts Institute of Technology, il-​komplessità taʼ dan id-​disinn ma tistax tiġi kkopjata faċilment bil-​materjali u l-​għarfien tal-​inġinerija li hawn bħalissa.

Int x’taħseb? L-​istruttura taʼ saqajn iż-​żiemel ġiet bl-​evoluzzjoni? Jew ġiet disinjata?