Malti
In-newroni tal-ġurat li huma sensittivi għaċ-ċaqliq
https://cms-imgp.jw-cdn.org/img/p/102014328/univ/art/102014328_univ_sqr_xl.jpg
g 9/14 p. 16

ĠEW DISINJATI?

In-newroni tal-ġurat li huma sensittivi għaċ-ċaqliq

In-newroni tal-ġurat li huma sensittivi għaċ-ċaqliq

IL-​ĠURATI jivvjaġġaw minn post għal ieħor fi gruppi kbar ħafna. Tant huma kbar dawn il-​gruppi li jkun hemm “80 miljun ġurat kull kilometru kwadru.” Imma xorta jirnexxilhom ma jolqtux lil xulxin. Kif?

Ikkunsidra: L-​għajnejn tal-​ġurat huma magħmulin minn ħafna lentijiet. Wara kull għajn, il-​ġurat għandu newron partikulari li hu sensittiv għaċ-​ċaqliq (newron hu ċellula mqabbda mas-​sistema tan-​nervituri). Dan in-​newron jissejjaħ il-​lobula giant movement detector. Meta ġurat ikun se jaħbat maʼ ġurat ieħor, dawn in-​newroni jibagħtu messaġġi lill-​ġwienaħ u lis-​saqajn, u dan iġiegħel lill-​ġurat jaġixxi malajr ħalli ma jaħbatx. Din ir-​reazzjoni ssir b’ħeffa kbira—ħames darbiet iktar malajr minn kemm iddum biex itteptep għajnejk.

Imqanqlin minn dak li tgħallmu dwar l-​għajnejn u n-​newroni tal-​ġurati, ix-​xjentisti żviluppaw sistema bil-​kompjuter. Din is-​sistema tagħmilha possibbli biex robot li jiċċaqlaq jinduna b’affarijiet li resqin lejh u jevitahom. Dan jagħmlu mingħajr ma jkollu bżonn affarijiet komplikati, bħal pereżempju r-​radar jew l-​użu tal-​infrared. Ir-​riċerkaturi qed jużaw din it-​teknoloġija f’mezzi taʼ trasport biex dawn ikollhom sistema effiċjenti li twissihom ħalli jevitaw ħabta. “Hemm ħafna li nistgħu nitgħallmu minn insett sempliċi bħalma hu l-​ġurat,” jgħid il-​Professur Shigang Yue fl-​Università taʼ Lincoln fir-​Renju Unit.

Int x’taħseb? In-​newroni tal-​ġurat li huma sensittivi għaċ-​ċaqliq, ġew bl-​evoluzzjoni? Jew ġew disinjati?