Malti
Żjara fil-Kambodja
https://cms-imgp.jw-cdn.org/img/p/102014127/univ/art/102014127_univ_sqr_xl.jpg
g 4/14 pp. 12-13

PAJJIŻI U POPLI | IL-​KAMBODJA

Żjara fil-Kambodja

Żjara fil-Kambodja

IRĦULA JIFFLOWTJAW, swieq storbjużi, toroq iffollati b’muturi jġorru kollox minn tiġieġ ħajjin sa friġġijiet—dawn huma biss ftit mix-​xeni u l-​ħsejjes f’partijiet tal-​Kambodja.

In-​nies tal-​Kambodja huma magħrufin li huma dħulin, jagħmlu ħbieb malajr, u magħqudin. F’sitwazzjonijiet informali, għandhom mnejn jirreferu għal xulxin b’titli bħal ħija, oħti, zija, ziju, nanna, jew nannu—anki jekk qed jiltaqgħu għall-​ewwel darba!

Xi Kambodjani jgħixu fi djar mibnijin fuq dgħajjes, filwaqt li oħrajn jgħixu fi djar mibnijin fuq pilastri għoljin jew fuq pjattaformi jifflowtjaw. Hemm anki skejjel, kliniki, swieq, u pompi tal-​petrol jifflowtjaw.

Id-​Dragon fruit hi popolari fil-​Kambodja

Ir-​ross hu parti prominenti tal-​ikel Kambodjan. Ikla tipika tkun tikkonsisti minn tliet jew erbaʼ platti, spiss inkluż is-​soppa. Il-​ħut hu ikel favorit. Huwa komuni li ikel ħelu, qares, u mielaħ jiġi servut fl-​istess ikla.

Xi elfejn sena ilu, negozjanti Indjani u pellegrini fi triqithom lejn iċ-​Ċina bdew imorru fil-​kosta tal-​Kambodja regolarment u jpartu ħarir u metall maʼ ħwawar, injam ifuħ, ivorju, u deheb. Maż-​żmien, in-​nies tal-​Kambodja ġew influwenzati mill-​Indja u ċ-​Ċina, u għalhekk il-​Ħinduiżmu u l-​Buddiżmu rabbew l-​għeruq. Illum, ’il fuq minn 90 fil-​mija tal-​abitanti huma Buddisti.

Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova qed jaqsmu messaġġ taʼ tama mill-​Bibbja fil-​Kambodja. Għenu lil ħafna nies permezz tal-​ktieb Il-​Bibbja X’Tgħallem Verament? Dan hu disponibbli b’xi 250 lingwa, inkluż il-​Kambodjan.

Iktar minn 1,500 ruħ fil-​Kambodja qed jistudjaw il-​Bibbja max-​Xhieda taʼ Ġeħova u jsibu t-​tweġibiet għal mistoqsijiet bħal, “Fejn huma l-​mejtin?” u “X’inhu l-​iskop t’Alla għall-​art?”

Il-​Ktieb Il-​Bibbja X’Tgħallem Verament?, ippubblikat mix-​Xhieda taʼ Ġeħova, hu disponibbli bil-​Kambodjan (muri hawn).