Malti
Ħarsa Lejn id-Dinja—⁠Diċembru 2013
https://cms-imgp.jw-cdn.org/img/p/102013447/univ/art/102013447_univ_sqr_xl.jpg
g 12/13 p. 3

Ħarsa Lejn id-Dinja

Ħarsa Lejn id-Dinja

L-​Istati Uniti tal-​Amerika

Fi studju wieħed instab li kważi terz tan-​nies li kienu qed jaqsmu toroq traffikużi ma kinux moħħhom hemm—minħabba li jisimgħu l-​mużika, jitkellmu fuq il-​mowbajl, u affarijiet oħra. L-​iktar distrazzjoni perikoluża kienet li jibagħtu l-​messaġġi. Dawk li jibagħtu l-​messaġġi damu 18 fil-​mija iktar biex jaqsmu minn dawk li ma kinux aljenati. Aktarx kellhom ukoll probabbiltà taʼ kważi erbaʼ darbiet iktar li jew ma jobdux is-​sinjali tat-​traffiku, jew li jaqsmu f’post mhux xieraq, jew li jaqsmu mingħajr ma jħarsu lejn iż-​żewġ naħat.

In-​Niġerja

F’ritwali li jsiru fi mqades tas-​seħer, nisa li jittieħdu min-​Niġerja lejn l-​Ewropa minn traffikanti tal-​bnedmin jiġu mġegħlin jaħilfu li jżommu kollox sigriet. Sabiex jiddominaw lin-​nisa u jkunu ċerti li dawn jobdu bħala skjavi tas-​sess, it-​traffikanti jieħdu vantaġġ mit-​twerwir li n-​nisa jkollhom minħabba xi kastig mid-​dinja tal-​ispirti.

Spanja

Bejn 5 u 10 fil-​mija taʼ dawk li ilhom qiegħda ma jgħidux li għandhom lawrja tal-​università u ma jsemmux l-​esperjenza professjonali tagħhom fl-​applikazzjoni għax-​xogħol peress li dawn jagħmlu lill-​applikanti jidhru kkwalifikati żżejjed.

Id-​Dinja

Duħħan li jiġi minn stufi primittivi li m’għandhomx ventilazzjoni tajba hu kkunsidrat li hu l-​ikbar kaġun tal-​imwiet f’pajjiżi li qed jiżviluppaw, fejn erbaʼ miljun ruħ fis-​sena jmutu kaġun taʼ mard relatat man-​nifs. Ir-​riċerkaturi jgħidu li l-​kimiki tossiċi li joħorġu minn stufi li jaħarqu l-​injam jew il-​faħam huma qattiela daqs il-​veleni misjubin fid-​duħħan tas-​sigaretti.