PAJJIŻI U POPLI

Żjara fil-Panama

Żjara fil-Panama

AKTARX li l-​Panama hi magħrufa l-​iktar għall-​kanal tagħha magħmul mill-​bniedem li jgħaqqad l-​Oċean Atlantiku mal-​Paċifiku. Però, peress li tgħaqqad l-​Amerika taʼ Fuq maʼ t’Isfel, il-​Panama tgħaqqad ukoll popli. Hemmhekk jgħixu nies taʼ razez u kulturi differenti. L-​antenati taʼ persentaġġ għoli tal-​popolazzjoni kienu indiġeni li żżewġu Ewropej.

KONT TAF? Iż-​żrinġ tal-​Panama kulur id-​deheb (Atelopus zeteki) “ixejjer” idejh biex jiġbed l-​attenzjoni taʼ sieħba prospettiva u biex iwissi lir-​rivali

Fl-​1501, meta xi esploraturi Spanjoli waslu l-​Panama, sabu bosta komunitajiet indiġeni, li wħud minnhom għadhom jeżistu sal-​lum. Waħda minn dawn hi l-​komunità tal-​Guna (li qabel kienet magħrufa bħala l-​Kuna). Ħafna mill-​Guna jgħixu fil-​parti indiġena tal-​Arċipelagu taʼ San Blas u tul il-​Kosta tal-​Karibew, qrib il-​fruntiera taʼ bejn il-​Panama u l-​Kolumbja. Hemmhekk jikkaċċjaw, joħorġu jistadu bil-​kenuri, u jkabbru l-​ikel tagħhom stess.

Fil-​komunità tal-​Guna, meta raġel jiżżewweġ, imur jgħix mal-​familja estiża taʼ martu u jaħdem għalihom. Jekk maż-​żmien martu tiled tifla, hu u l-​familja tiegħu jkunu jistgħu jitilqu l-​familja estiża tal-​mara u jistabbilixxu d-​dar tagħhom stess.

Hemm madwar 300 kongregazzjoni tax-​Xhieda taʼ Ġeħova fil-​Panama. Minbarra laqgħat bl-​Ispanjol, jinżammu wkoll laqgħat biċ-​Ċiniż, bil-​Gujarati, bil-​Guna, bl-​Ingabere, bl-​Ingliż, bil-​Kreol tal-​Ħaiti, u bil-​Lingwa tas-​Sinjali tal-​Panama.