Malti
Denb il-Gremxula Agama
https://cms-imgp.jw-cdn.org/img/p/102013050/univ/art/102013050_univ_sqr_xl.jpg
g 3/13 p. 16

ĠIE DISINJAT?

Denb il-Gremxula Agama

Denb il-Gremxula Agama

L-​AGAMA taqbeż minn fuq wiċċ ċatt għal maʼ ħajt wieqaf bil-​faċilità kollha. Imma jekk dak il-​wiċċ ikun jiżloq, il-​gremxula titlef il-​bilanċ, però xorta jirnexxilha tillandja mal-​ħajt. Dan kif? Is-​sigriet qiegħed f’denb il-​gremxula.

Ikkunsidra: Meta l-​Agama taqbeż minn fuq wiċċ aħrax—li jagħtiha qabda soda—l-​ewwel tiddritta ġisimha u żżomm denbha ’l isfel. Dan jgħinha taqbeż b’angolu tajjeb. Iżda meta tkun fuq wiċċ jiżloq, il-​gremxula ġeneralment titfixkel u taqbeż b’angolu ħażin. Però, meta tkun fl-​arja, tikkoreġi l-​angolu taʼ ġisimha billi tferfer denbha waħda ’l fuq. Dan il-​proċess hu komplikat. “Il-​gremxul ikollu jaġġusta l-​angolu taʼ denbu bl-​eżatt biex jibqaʼ wieqaf,” jgħid rapport maħruġ mill-​Università taʼ Kalifornja, Berkeley. Iktar ma jkun jiżloq il-​wiċċ, iktar il-​gremxula trid tgħolli denbha ’l fuq biex tillandja fuq saqajha.

Denb l-​Agama jistaʼ jkun taʼ għajnuna għall-​inġiniera biex jiddisinjaw robots motorizzati iktar aġili. U mbagħad dawn ikunu jistgħu jintużaw biex ifittxu lin-​nies li jkunu għadhom ħajjin wara xi terremot jew katastrofi ieħor. Ir-​riċerkatur Thomas Libby jgħid, “Ir-​robots huma bil-​wisq inqas aġili mill-​annimali, u għalhekk kwalunkwe ħaġa li tistaʼ ssir biex tagħmel robot iktar stabbli hu avvanz.”

Int x’taħseb? Denb l-​Agama ġie bl-​evoluzzjoni? Jew ġie disinjat?