Malti
Is-Sens Tiegħek tat-Togħma
/assets/ct/2fee4a8a5e/images/syn_placeholder_sqr.png
g 10/08 p. 18

Is-Sens Tiegħek tat-Togħma

Is-Sens Tiegħek tat-Togħma

Ġie Disinjat?

◼ Ħu gidma mill-​ikel favorit tiegħek, u mill-​ewwel jibda jaħdem is-​sens tiegħek tat-​togħma. Imma kif jaħdem eżatt dan il-​proċess taʼ l-​għaġeb?

Ikkunsidra dan: Ilsienek—kif ukoll partijiet oħrajn taʼ ħalqek u gerżumtek—fih gruppi taʼ ċelluli li jissejħu “taste buds.” Ħafna minnhom jinsabu fiċ-​ċisti li qegħdin fil-​wiċċ taʼ l-​ilsien. It-​taste bud fiha sa mitt ċellula li kull waħda minnhom tagħraf waħda mill-​erbaʼ tipi taʼ togħmiet—qares, mielaħ, ħelu, jew morr. a L-​ikel jaħraq jaqaʼ f’kategorija differenti għalkollox. Il-​ħwawar jaħarqu jqanqlu ċ-​ċelluli taʼ l-​uġigħ—mhux iċ-​ċelluli tat-​togħma! Ikun xi jkun il-​każ, iċ-​ċelluli tat-​togħma huma mqabbdin maʼ nervituri li jħossu u li meta jiġu stimulati mill-​kimiċi fl-​ikel, mill-​ewwel jibagħtu sinjali fil-​parti t’isfel taċ-​ċentru tal-​moħħ.

Madankollu, it-​togħma ma tinvolvix lil ħalqek biss. Fi mnieħrek għandek ħames miljun ċellula tar-​riħa li jippermettulek tagħraf xi 10,000 riħa differenti u li għandhom irwol vitali fil-​proċess tat-​togħma. Huwa kalkulat li madwar 75 fil-​mija minn dak li aħna nsejħulu s-​sens tat-​togħma, fil-​fatt, jiġi minn dak li nxommu.

Ix-xjenzati żviluppaw imnieħer elettrokimiku li juża sensors tal-​gass kimiku bħala magna li xxomm b’mod artifiċjali. Minkejja dan, in-​newrofiżjologu John Kauer, li ġie kwotat fir-​Research/Penn State, jinnota: “Kwalunkwe apparat artifiċjali se jkun tassew sempliċi meta tqabblu mal-​bijoloġija li għandha disinn mill-​aqwa u hija sofistikata b’mod taʼ l-​għaġeb.”

Ħadd ma se jiċħad li s-​sens tat-​togħma jagħmel ikla iktar pjaċevoli. Però, ir-​riċerkaturi għadhom konfużi dwar għala n-​nies jippreferu tip taʼ togħma minn oħra. “Jistaʼ jkun li x-​xjenzati għandhom fehma bażika taʼ kif jaħdem il-​ġisem uman,” tgħid is-​Science Daily, “imma s-​sensi tagħna tat-​togħma u x-​xamm tistaʼ tgħid li b’xi mod għadhom misteru.”

X’taħseb? Ġie b’kumbinazzjoni s-​sens tiegħek tat-​togħma? Jew juri dan li xi ħadd iddisinjah?

[Nota taʼ taħt]

a Fi snin reċenti xi xjenzati żiedu l-​umami mal-​lista. L-​umami tiddeskrivi l-​imluħa uniċi taʼ l-​aċidu glutamiku. Waħda minnhom, fost affarijiet oħrajn, hi l-​monosodium glutamate li hija sustanza li żżid it-​togħma.

[Dijagramma/Stampa f’paġna 18]

(Għall-formazzjoni sħiħa tat-​test, ara pubblikazzjoni)

Stampa taʼ lsien minn ġewwa

[Dijagramma]

Ċisti

[Sors taʼ l-​Istampa]

© Dr. John D. Cunningham/Visuals Unlimited