Malti
“Stenbaħ! Salvali Ħajti!”
/assets/ct/a63ae92c98/images/syn_placeholder_sqr.png
g03 3/8 p. 31

“Stenbaħ! Salvali Ħajti!”

“Stenbaħ! Salvali Ħajti!”

Il-​pubblikaturi taʼ Stenbaħ! irċivew ittra t’apprezzament mill-​Italja. F’parti minnha l-​ittra tgħid:

“Ilni naqra Stenbaħ! għal 40 sena, u nammira l-​fatt li jippreżenta varjetà kbira taʼ suġġetti prattiċi. Dan l-​aħħar, waqt li kont ix-​xogħol ħassejt uġigħ qawwi bejn l-​istonku u sidri. Iddeċidejt li mmur id-​dar, imma meta tani l-​uġigħ għat-​tieni darba rrealizzajt x’kelli. Ftakart ċar f’artiklu fi Stenbaħ! li kien iddeskriva s-​sintomi t’attakk tal-​qalb. a Iddeċidejt li mmur l-​isptar. Kont għadni qed nistenna biex nidħol għand it-​tabib meta rasi ntelqet fuq naħa waħda u ntlift minn sensija. L-​għada, waqt li kont fil-​kura intensiva, qaluli x’ġara.

“Illum għadni hawn minħabba l-​intervent f’waqtu taʼ tobba mill-​aqwa. Imma rrid nagħti l-​kredtu wkoll lir-​rivista tagħkom, li pprovdiet informazzjoni li għenitni nieħu deċiżjoni għaqlija u mmur l-​isptar. Stenbaħ! salvali ħajti!”

[Nota taʼ taħt]

a Ara l-​ħarġa tagħna taʼ l-​Awake! tat-​8 taʼ Diċembru, 1996, paġna 6.