Malti
“Għinuni Jekk Jogħġobkom! Intom l-Unika Tama li Għandi”
/assets/ct/7e6416ec85/images/syn_placeholder_sqr.png
g02 2/8 p. 32

“Għinuni Jekk Jogħġobkom! Intom l-Unika Tama li Għandi”

“Għinuni Jekk Jogħġobkom! Intom l-Unika Tama li Għandi”

DAN HU L-​KLIEM LI BIH TABIBA fl-​Università Medika taʼ Kaunas fil-​Litwanja spiċċat ittra li kitbet lill-​uffiċċju tal-​fergħa lokali tax-​Xhieda taʼ Jehovah. It-​tabiba spjegat:

“Fuq ix-​xogħol bdejt naqra l-​ktieb Iż-​Żgħażagħ Jistaqsu . . . Tweġibiet Prattiċi għall-​Mistoqsijiet Tagħhom. Kelli l-​ħsieb li nuża xi informazzjoni minn fuqu f’xi artikli li ridt nikteb, imma ġrat xi ħaġa u dan il-​ktieb sparixxa. Naħseb li ħaduli xi ħadd. U l-​fatt li tlift teżor bħal dan veru sewwidli qalbi. Jekk jogħġobkom ħudu paċenzja u ibagħtuli kopja oħra.

“Tgħidx kemm għandi bżonnu dan il-​ktieb għax peress li jien inżur l-​iskejjel u naħdem maż-​żgħażagħ, jgħinni nwieġeb ħafna mill-​mistoqsijiet li jkollhom. Jekk nirċievi kopja oħra, inżommha d-​dar u nieħu ħsiebha sew. Dan il-​ktieb fih xi ħaġa taʼ valur kbir, u din tistaʼ tkun ir-​raġuni għala xi ħadd setaʼ qabad u ħadu. F’dawn iż-​żminijiet diffiċli, hemm bżonn li niksbu s-​saħħa minn xi mkien. Għinuni jekk jogħġobkom! Intom l-​unika tama li għandi.”

Il-ktieb Iż-​Żgħażagħ Jistaqsu jiddiskuti ħafna mistoqsijiet li jħassbu liż-​żgħażagħ, bħal ngħidu aħna: “X’Nistaʼ Nagħmel biex il-​Ġenituri Jagħtuni Iktar Libertà?,” “Għandi Nitlaq mid-​Dar?,” “Kif Jistaʼ Jkolli Ħbieb Veri?,” “Liema Karriera Għandi Nagħżel?,” “Xi Ngħidu dwar is-​Sess Qabel iż-​Żwieġ?,” u “Kif Nistaʼ Nkun Naf jekk Hijiex Imħabba Vera?” Dawn huma biss ftit mit-​titli tal-​kapitli taʼ dan il-​ktieb. Jekk tixtieq kopja taʼ dan il-​ktieb, imla u ibgħat il-​kupun t’hawn taħt fl-​indirizz muri fuqu stess jew inkella f’indirizz xieraq minn dawk li hemm imniżżlin f’paġna 5 taʼ din ir-​rivista.

□ Ibagħtuli kopja tal-​ktieb Iż-​Żgħażagħ Jistaqsu . . . Tweġibiet Prattiċi għall-​Mistoqsijiet Tagħhom.

□ Jekk jogħġobkom ikkuntattjawni rigward studju tal-​Bibbja fid-​dar bla ħlas.