Nitgħaxxaq li Nobdik (Għanja tal-Konvenzjoni 2025)

Nitgħaxxaq li Nobdik (Għanja tal-Konvenzjoni 2025)

(Salm 40:8)

Niżżel:

  1. 1. Meta Kristu telaʼ mill-ilma,

    Inti għedt: ‘Dan Ibni l-prezzjuż.’

    Ftakar kulma int kont għallimtu,

    U biex jobdi kien żeluż.

    Hu rrifjuta kull tentazzjoni;

    Issaporta bʼlealtà.

    Kien għalija l-aqwa eżempju;

    Baqaʼ sod fil-verità.

    (RITORNELL)

    O kemm nitgħaxxaq li nobdik!

    Unur u glorja rrid nagħtik.

    O kbir Sultan, se nwiegħdek dan:

    Jien għal dejjem se naqdik.

    O kemm nitgħaxxaq li nobdik!

    Jien bʼlealtà nittama fik.

    Int tħobbni żgur, imħabbtek tfur,

    U tifħir kuljum nagħtik.

    Inħobb nobdik.

  2. 2. Issa sirt ħabibi, Ġeħova,

    Tajtni tama verʼ għall-futur.

    M’hemmx għalfejn li nibqaʼ ninkwieta;

    Dak li tgħid jitwettaq żgur.

    Tajtni skop mill-isbaħ għal ħajti;

    Dan l-iskop ma ninsa qatt.

    Maʼ oħrajn se nfaħħar lil ismek;

    Se nipprietka lil kulħadd.

    (RITORNELL)

    O kemm nitgħaxxaq li nobdik!

    Unur u glorja rrid nagħtik.

    O kbir Sultan, se nwiegħdek dan:

    Jien għal dejjem se naqdik.

    O kemm nitgħaxxaq li nobdik!

    Jien bʼlealtà nittama fik.

    Int tħobbni żgur, imħabbtek tfur,

    U tifħir kuljum nagħtik.

    Inħobb nobdik.

    O kemm inħobb nobdik!

(Ara wkoll Slm. 40:3, 10.)