B’Kuraġġ Għix Kif Jogħġob lil Alla

Din il-pubblikazzjoni tistaʼ tgħinek tkabbar il-fidi u l-kuraġġ tiegħek.

Ittra Mingħand il-Ġemgħa li Tiggverna

Il-Ġemgħa li Tiggverna vera tixtieq li din il-pubblikazzjoni tgħinek biex timita l-kuraġġ taʼ dawn l-irġiel u n-nisa leali.

INTRODUZZJONI

Int Tistaʼ Ssir Iktar Kuraġġuż!

Dan il-ktieb hu ddisinjat biex jgħinek ikollok iktar kuraġġ. Ara kif Ġeħova għen lil nies imperfetti biex ikollhom iktar kuraġġ u kif jistaʼ jgħin lilek ukoll.

L-1 PARTI

L-1 PARTI

Minn Żmien Enok sa Żmien l-Imħallfin

F’din il-parti se naraw eżempji mill-aqwa taʼ wħud li wrew fidi u kuraġġ. Se nibdew bl-istorja taʼ Enok u se nispiċċaw bl-istorja tal-profeta Samwel.

Id-Dati tal-1 Parti

Ċart bid-dati li fihom għexu nies li jissemmew fil-Bibbja u xeni minn ġrajjiet importanti li jissemmew fil-Bibbja.

1 ENOK

Hu Għoġob lil Alla

Enok kien differenti min-nies taʼ żmienu minn tal-inqas b’żewġ modi. Kif irnexxielu? Enok x’jistaʼ jgħallimna dwar il-kuraġġ?

2 NOÈ

Hu Kkundanna d-Dinja

Żmienna kif inhu simili għal żmien Noè? Ara kif tistaʼ timita l-kuraġġ li kellu Noè.

3 SARA

Hi Għażlet li Ma Terġax Tmur Lura

Sara kif uriet il-fidi u l-kuraġġ?

4 ABRAHAM

L-Ewwel Raġel li Ġġieled Gwerra għal Ġeħova

X’nitgħallmu minn dak li kien lest li jagħmel Abraham biex jgħin lin-neputi tiegħu Lot? Ġeħova kif ħassu dwar il-fidi u l-kuraġġ li wera Abraham?

5 ABRAHAM

Għalkemm Kien Diffiċli, Hu Obda lil Alla

Kif nistgħu nimitaw il-kuraġġ t’Abraham biex nobdu lil Alla? Din l-istorja x’tgħallimna dwar l-imħabba taʼ Ġeħova?

6 REBEKKA

Kienet Lesta li Titlaq id-Dar u l-Familja

Rebekka kienet mara kuraġġuża ħafna u kellha fidi kbira. X’nistgħu nitgħallmu minnha?

7 ĠAKOBB

Hu Kien Kuraġġuż u Pproteġa l-Familja Tiegħu

L-eżempju taʼ Ġakobb kif jistaʼ jikkonvinċik li kull sforz li tagħmel biex ikollok il-barka taʼ Ġeħova hu worth it?

8 ĠUŻEPPI

Hu Ma Ċediex għat-Tentazzjoni

Ara kif l-eżempju taʼ Ġużeppi jistaʼ jgħinek biex ma ċċedix għat-tentazzjoni u tissaporti l-provi.

9 SIFRA, PUWA, GĦAMRAM, ĠOKEBED, U MIRJAM

Huma Wrew il-Fidi u Pproteġew lil Mosè

Il-majjistri, il-ġenituri taʼ Mosè, u oħtu wrew kuraġġ u fidi b’saħħitha. Aħna kif nistgħu nimitawhom?

10 MOSÈ

Hu Ħa l-Aħjar Deċiżjoni

X’deċizjoni ħa Mosè u għala? X’tistaʼ titgħallem mill-eżempju tiegħu?

11 MOSÈ

“Idħol Għand il-Fargħun”

Dak li għadda minnu Mosè kif jaċċertana li Ġeħova ħa jgħinna anki meta ma nħossuniex kapaċi nagħmlu inkarigu li jagħtina?

12 KALEB

Hu Baqaʼ Leali Lejn Alla

Ara kif l-eżempju taʼ Kaleb jistaʼ jgħinek biex ma ċċedix għall-pressjoni u ma ‘tmurx wara l-folla.’

13 ĠOŻWÈ

Hu Obda Direzzjonijiet Strambi

Ġożwè x’direzzjonijiet strambi rċieva minn Ġeħova? F’liema sitwazzjonijiet nistgħu nimitaw l-eżempju taʼ Ġożwè?

14 RAĦAB

Hi Għażlet lil Ġeħova Minflok il-Poplu Tagħha

X’nistgħu nitgħallmu minn dak li għamlet Raħab? X’barkiet irċiviet talli wriet fidi u kuraġġ?

15 NAGĦOMI U RUT

Huma Għenu lil Xulxin Matul Żminijiet Diffiċli

B’liema modi Nagħomi u Rut urew kuraġġ? X’nistgħu nitgħallmu mill-eżempju tagħhom?

16 BARAK U DEBORA

“Żgur Niġi Miegħek”

Barak insista li Debora tmur miegħu għall-gwerra. Kien dan sinjal li ma kellux fidi?

17 ĠAGĦEL

“Hi l-Iktar Imbierka Fost in-Nisa”

Il-kuraġġ li wriet Ġagħel meta aġixxiet kontra l-għadu taʼ Ġeħova hu taʼ min jimitah. Għala għandna bżonn nimitaw il-kuraġġ tagħha llum iktar minn qatt qabel?

18 GIDEGĦON

Kien Attent u Kuraġġuż

F’liema sitwazzjonijiet jaf ikun hemm bżonn inkunu kemm kuraġġużi u kemm attenti?

19 ĠEFTA U T-TIFLA TIEGĦU

Huma Għamlu Dak li Wiegħdu Avolja Kien Diffiċli

L-eżempju taʼ Ġefta u t-tifla tiegħu kif jistaʼ jgħinna llum?

20 SANSUN

Fl-Iktar Mument Dgħajjef Kien Kuraġġuż

X’nistgħu nitgħallmu minn dak li għamel Sansun wara li għamel żball serju?

21 SAMWEL

Tifel li Tkellem għal Ġeħova

Iż-żagħżagħ u t-tfal meta jaf ikollhom bżonn il-kuraġġ biex jagħmlu dak li hu tajjeb?

Jiddispjaċina, m’hemm xejn li jaqbel mal-għażla tiegħek.