Ġeremija 17:1-27

  • Id-dnub taʼ Ġuda mnaqqax (1-4)

  • Imbierek min jafda f’Ġeħova (5-8)

  • Il-qalb hi qarrieqa (9-11)

  • Ġeħova hu t-tama t’Iżrael (12, 13)

  • It-talba taʼ Ġeremija (14-18)

  • Żommu s-Sabbat qaddis (19-27)

17  “Id-dnub taʼ Ġuda hu miktub b’pinna tal-ħadid. Hu mnaqqax b’ponta taʼ djamant fuq qalbhomU fuq il-qrun tal-artali tagħhom,  2  Filwaqt li t-tfal tagħhom jiftakru fl-artali u l-arbli sagri*Ħdejn siġar b’saħħithom u fuq għoljiet,  3  U fuq il-muntanji fil-kampanja. Ir-riżorsi u l-ġid kollu li għandek se nagħtihom lill-għedewwa tiegħek. Iva, l-affarijiet li hemm fil-postijiet għoljin tiegħek minħabba d-dnub fit-territorji kollha tiegħek.  4  Għax trid, int se titlaq il-wirt li tajtek. U jien se nġiegħlek taqdi lill-għedewwa tiegħek f’art li ma tafx biha,Għax int kebbist ir-rabja tiegħi bħan-nar.* Dan se jaqbad għal dejjem.”  5  Hekk jgħid Ġeħova: “Misħut il-bniedem* li jafda f’sempliċi bnedmin,Li jistrieħ fuq il-qawwa tan-nies,U li jitlaq lili, Ġeħova.  6  Hu se jsir bħal siġra waħedha fid-deżert. Hu mhux se jgawdi affarijiet tajbin,Imma se jgħix f’postijiet xotti fix-xagħri,F’art mielħa fejn ma jistaʼ jgħix ħadd.  7  Imbierek il-bniedem* li jafda fija, Ġeħova,U li l-fiduċja tiegħu hi fija, Ġeħova.  8  Hu se jsir bħal siġra mħawla ħdejn l-ilmijiet,Li l-għeruq tagħha jaslu sax-xmara. Hu mhux se jħoss is-sħana tax-xemx taħraq,Imma l-weraq tiegħu se jibqaʼ jħaddar. Fis-sena tan-nixfa, mhux se jkun ansjużU se jibqaʼ jagħmel il-frott.  9  Il-qalb hi qarrieqa iktar minn kwalunkwe ħaġa oħra,U għax hi ddisprata, lesta li tagħmel kollox.* Min jistaʼ jifhimha? 10  Jien, Ġeħova, qed infittex fil-qalb,Neżamina l-ħsibijiet,*U nagħti lil kull wieħed skont kif jaġixxiU skont dak li jagħmel. 11  Bħal għasfur salvaġġ* li jiġbor dak li ma jkunx bied hu,Hekk hu min jakkwista l-ġid b’mod diżonest. Fl-aqwa taʼ ħajtu, hu se jitilfu,U fl-aħħar taʼ ħajtu, se juri li hu bla sens.” 12  Il-post tas-santwarju tagħnaHu t-tron glorjuż li kien fl-għoli mill-bidu. 13  Ġeħova, int it-tama t’Iżrael. Dawk kollha li jitilquk se jkollhom jistħu. Dawk li jħalluk* biex isiru apostati qishom se jiġu miktubin fit-trab,Għax huma telqu lilek, Ġeħova, il-wieħed li tagħti l-ilma tal-ħajja. 14  Ġeħova, fejjaqni, u jien infiq. Salvani, u jien insalva,Għax jien lilek infaħħar. 15  In-nies qed jgħiduli: “Għala dak li qal Ġeħova għadu ma twettaqx? Ħa jiġri issa.” 16  Imma jien bqajt nimxi warajk bħala ragħaj,U ma xtaqtx li jiġi l-jum tad-diżastru. Int taf sew kulma għedt;Dan kollu ġara quddiemek. 17  Tħallinix inkun imwerwer billi titlaqni. Int ir-refuġju tiegħi f’jum id-diżastru. 18  Ħa jkollhom jistħu dawk li jippersegwitawni,Imma lili tħallinix nistħi. Ħa jkollhom jitwerwru,Imma lili tħallinix nitwerwer. Ġib fuqhom il-jum tad-diżastru,U farrakhom u eqridhom għalkollox. 19  Ġeħova qalli: “Mur u oqgħod fil-bieb tal-poplu li minnu jidħlu u joħorġu r-rejiet taʼ Ġuda, u fil-bibien kollha taʼ Ġerusalemm. 20  Għandek tgħidilhom, ‘Isimgħu dak li jgħid Ġeħova, rejiet taʼ Ġuda, nies kollha taʼ Ġuda, u intom kollha li toqogħdu Ġerusalemm, li tidħlu minn dawn il-bibien. 21  Hekk jgħid Ġeħova: “Araw li ma ġġorru l-ebda tagħbija f’jum is-Sabat jew tidħlu biha mill-bibien taʼ Ġerusalemm. 22  M’għandkomx toħorġu b’xi tagħbija mid-dar tagħkom f’jum is-Sabat u m’għandkom tagħmlu l-ebda tip taʼ xogħol. Żommu s-Sabat qaddis, bħalma kkmandajt lil missirijietkom. 23  Imma huma la semgħu u lanqas taw kas,* u b’ras iebsa ma ridux jobdu jew jaċċettaw id-dixxiplina.”’ 24  “‘Ġeħova jgħid, “Imma jekk tobduni f’kollox u ma ddaħħlu l-ebda tagħbija mill-bibien taʼ din il-belt f’jum is-Sabat u żżommu s-Sabat qaddis billi ma tagħmlu l-ebda xogħol, 25  imbagħad ir-rejiet u l-prinċpijiet li jpoġġu fuq it-tron taʼ David ukoll se jidħlu minn dawn il-bibien tal-belt rekbin fuq karru u żwiemel, huma, il-prinċpijiet tagħhom, in-nies taʼ Ġuda, u dawk li joqogħdu Ġerusalemm. U f’din il-belt dejjem ikun hemm nies jgħixu fiha. 26  U n-nies se jiġu fid-dar taʼ Ġeħova mill-bliet taʼ Ġuda, mill-postijiet taʼ madwar Ġerusalemm, mill-art taʼ Benjamin, mill-għoljiet, mir-reġjun muntanjuż, u min-Negeb.* Huma se jġibu offerti sħaħ tal-ħruq, sagrifiċċji, offerti taċ-ċereali,* inċens abjad, u sagrifiċċji taʼ ringrazzjament. 27  “‘“Imma jekk ma tobdunix billi ma żżommux is-Sabat qaddis u ġġorru tagħbijiet u ddaħħluhom mill-bibien taʼ Ġerusalemm f’jum is-Sabat, jien se naħraq il-bibien tagħha bin-nar, u dan se jaħraq u jġib fix-xejn it-torrijiet iffortifikati taʼ Ġerusalemm u mhux se jintefa.”’”

Noti taʼ taħt

Jew forsi “Għax intom qbadtu bħan-nar fir-rabja tiegħi.”
Jew “il-bniedem b’saħħtu.”
Jew “il-bniedem b’saħħtu.”
Jew forsi “U m’hemmx kura għaliha.”
Jew “is-sentimenti.” Letteralment “il-kliewi.”
Jew “perniċi.”
Letteralment “iħalluni,” milli jidher b’referenza għal Ġeħova.
Letteralment “mejlu widnithom.”
Jew “min-Nofsinhar.”
Ċereali huma żrieragħ li jinkludu xgħir (barley) u qamħ.