Mur fil-kontenut

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Informazzjoni dwar l-uffiċċji u t-turs

Nistidnuk kordjalment biex iżżur l-​uffiċċji u l-​istamperiji tagħna. Fittex il-​postijiet fejn jinsabu u l-​ħinijiet tat-​turs.

L⁠-⁠Afrika t’Isfel

Ibbukkja għal tur

Għandek tibbukkja għal tur minn qabel? Iva. Sabiex ma jkunx hemm ħafna nies f’daqqa u nagħmlu ċert li kulħadd jieħu benefiċċju sħiħ tat⁠-⁠tur, hu importanti li l⁠-⁠viżitaturi kollha jibbukkjaw għal tur minn qabel, anki jekk ikun grupp żgħir. Ibbukkja t⁠-⁠tur minn tal⁠-⁠inqas ġimgħa qabel. Fil⁠-⁠festi pubbliċi jkun aħjar li tibbukkja iktar minn qabel.

Kif tibbukkja għal tur? Int tistaʼ tagħmel dan billi ċċempel jew tibgħat e⁠-⁠mail.

Numru tat⁠-⁠telefown: +27 11⁠-⁠761⁠-⁠1002

E⁠-⁠mail: InboxBTHLTours.ZA@jw.org

Tistaʼ tagħmel tur jekk ma tkunx ibbukkjajt? Jekk ma tkunx ibbukkjajt għal tur għandu mnejn ma nkunux nistgħu naqduk. L⁠-⁠ispazju jippermetti li jkun hemm biss numru limitat taʼ nies li jagħmlu tur f’ġurnata.

Fi x’ħin għandek tiġi għat⁠-⁠tur? Nissuġġerixxu li ma tiġix iktar minn siegħa qabel ma jkun se jibda t⁠-⁠tur. Dan se jgħin biex ma jkunx hemm ħafna nies fil⁠-⁠parking u r⁠-⁠reception.

Turs

1 Robert Broom Drive East

Rangeview

KRUGERSDORP

1739

L⁠-⁠AFRIKA T’ISFEL

Mit⁠-⁠Tnejn sal⁠-⁠Ġimgħa

Mit⁠-⁠8:​00 a.m. sal⁠-⁠11:00 a.m. u mis⁠-⁠1:00 p.m. sal⁠-⁠4:00 p.m.

Idum xi sagħtejn

Tur mal⁠-⁠gwida (45 minuta)

It⁠-⁠tur jibda b’vidjow taʼ introduzzjoni fir⁠-⁠Reception tad⁠-⁠Dar taʼ Betel u mbagħad il⁠-⁠gwida tieħdok madwar id⁠-⁠Dar taʼ Betel. Matul it⁠-⁠tur int se tara xi vidjows li se jtuk idea tax⁠-⁠xogħol li jsir f’Betel u juruk kif Betel tappoġġa l⁠-⁠qima tagħna.

Wirjiet mingħajr gwida

It⁠-⁠tur jinkludi vidjows li huma disponibbli b’xi lingwi lokali.

Ċentru għall⁠-⁠viżitaturi: Hawnhekk int tistaʼ tara wirja dwar l⁠-⁠istorja tan⁠-⁠nies taʼ Ġeħova fl⁠-⁠Afrika t’Isfel mill⁠-⁠1914 sal⁠-⁠2014. Din tistaʼ taraha qabel jew wara t⁠-⁠tur mal⁠-⁠gwida. Hemm ukoll sezzjoni speċjali għat⁠-⁠tfal fejn jistgħu jaraw vidjow mis⁠-⁠serje Sir ħabib taʼ Ġeħova.

Ċentru għall⁠-⁠viżitaturi—⁠stamperija 2: Tliet vidjows se juru l⁠-⁠importanza taʼ li tiġi tradotta u pprintjata l⁠-⁠letteratura bil⁠-⁠lingwa lokali. Hemm ukoll post apposta fl⁠-⁠għoli minn fejn tistaʼ tara ż⁠-⁠żewġ stamperiji għaddejjin. Ħaġa li tispikka hi l⁠-⁠wirja tal⁠-⁠Bibbja li turi l⁠-⁠istorja taʼ kif isem Alla ġie użat fil⁠-⁠Bibbja b’xi lingwi lokali.

Ċentru għall⁠-⁠viżitaturi—⁠stamperija 3: Minn post fl⁠-⁠għoli, int tistaʼ tara d⁠-⁠dipartiment kollu tax⁠-⁠Shipping. Tistaʼ tara wkoll fejn tmur il⁠-⁠letteratura ppakkjata. Tliet vidjows juru x⁠-⁠xogħol tal⁠-⁠bini tas⁠-⁠Swali tas⁠-⁠Saltna, ix⁠-⁠shipping, u l⁠-⁠produzzjoni taʼ pubblikazzjonijiet bl⁠-⁠awdjo u bil⁠-⁠vidjow.

Post fejn il⁠-⁠viżitaturi jistgħu jqattgħu l⁠-⁠ħin: F’dan il⁠-⁠post, li hu simili għal ġnien, inti tistaʼ ġġib l⁠-⁠ikel miegħek u tagħmel piknik. Dan hu l⁠-⁠parking area għall⁠-⁠karozzi tal⁠-⁠linja u jiġi użat ukoll mill⁠-⁠karozzi kollha f’festi pubbliċi. Fi ġranet normali int tkun tistaʼ tuża l⁠-⁠karozza tiegħek biex tmur minn binja għal oħra fl⁠-⁠erja taʼ Betel. Però, f’festi pubbliċi jiġi provdut trasport f’din il⁠-⁠lokalità ċentrali.

Affarijiet taʼ interess

Nipprintjaw u nagħmlu binding tal⁠-⁠kotba, rivisti, browxers, u fuljetti b’iktar minn 150 lingwa. Il⁠-⁠letteratura tintbagħat f’eluf taʼ kongregazzjonijiet f’20 lokalità differenti. Nittraduċu l⁠-⁠Bibbja u letteratura u vidjows ibbażati fuq il⁠-⁠Bibbja b’iktar minn 20 lingwa. Permezz tad⁠-⁠Dipartiment Reġjonali tal⁠-⁠Ippjanar u l⁠-⁠Kostruzzjoni, il⁠-⁠fergħa tappoġġa x⁠-⁠xogħol tal⁠-⁠bini tas⁠-⁠Swali tas⁠-⁠Saltna fi 42 post Afrikan.

Iddawnlowdja l⁠-⁠browxer tat⁠-⁠tur