Mur fil-kontenut

Mur fil-menu sekondarju

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Malti

Ix-Xogħol Tagħkom Kif Jiġi Finanzjat?

Ix-Xogħol Tagħkom Kif Jiġi Finanzjat?

Ix-xogħol tagħna tal-ippritkar jiġi finanzjat primarjament minn donazzjonijiet volontarji mix-Xhieda taʼ Ġeħova. Ma jsir l-ebda ġbir fil-laqgħat tagħna, u l-membri ma jiġux mitluba jagħtu xi ammont fiss taʼ flus fuq bażi regulari. (Mattew 10:7, 8) Minflok, fil-postijiet tal-laqgħat tagħna wieħed isib kaxxi għall-kontribuzzjonijiet sabiex jekk ikun jixtieq jagħmel donazzjoni, ikun jistaʼ jagħmel dan. Id-donaturi jibqgħu anonimi.

Raġuni waħda għala nistgħu nkopru l-ispejjeż li jkollna hi li m’għandniex xi kleru li jirċievi ħlas. Iktar minn hekk, ix-Xhieda ma jitħallsux biex imorru minn dar għal dar, u l-postijiet tagħna taʼ qima huma modesti.

Id-donazzjonijiet kollha li jintbagħtu lill-uffiċċji tal-fergħa tax-Xhieda taʼ Ġeħova jintużaw biex jiġu megħjunin il-vittmi taʼ diżastri naturali, biex jiġu appoġġati l-missjunarji u l-ministri tagħna li jivvjaġġaw, biex jinbnew il-postijiet tagħna taʼ qima f’pajjiżi li qed jiżviluppaw, u biex jiġu stampati u mqassmin Bibbji u pubblikazzjonijiet Kristjani oħrajn.

Kull persuna tiddeċiedi hi jekk tixtieqx tagħmel donazzjoni għall-ispejjeż lokali, għax-xogħol tagħna madwar id-dinja, jew għat-tnejn li huma. Il-membri taʼ kull kongregazzjoni jinżammu informati permezz taʼ rapporti finanzjarji b’mod regulari.