Mur fil-kontenut

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

X’inhi l-Watch Tower Bible and Tract Society?

X’inhi l-Watch Tower Bible and Tract Society?

Il-​Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania hi korporazzjoni li m’għandhiex skop taʼ profitt u li ġiet stabbiltà fl-​1884 taħt il-​liġijiet tal-​Commonwealth of Pennsylvania, l-​Istati Uniti tal-​Amerika. Din tintuża mix-​Xhieda taʼ Ġeħova biex tappoġġa x-​xogħol tagħhom taʼ madwar id-​dinja, u dan jinkludi li jistampaw Bibbji u letteratura bbażata fuq il-​Bibbja.

Fi qbil mad-​dokument tagħha, l-​iskopijiet tal-​korporazzjoni huma “reliġjużi, edukattivi, u karitattivi.” B’mod partikulari, l-​iskop hu biex “tipprietka u tgħallem l-​evanġelju tas-​Saltna t’Alla taħt Kristu Ġesù.” Is-​sħubija mal-​korporazzjoni ssir biss bi stedina u din m’għandhiex x’taqsam maʼ kemm persuna tkun tat donazzjonijiet. Il-​membri u d-​diretturi tal-​korporazzjoni jgħinu lill-​Ġemgħa li Tiggverna tax-​Xhieda taʼ Ġeħova.

Entitajiet legali li jikkooperaw magħha

Minbarra l-​Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania, ix-​Xhieda taʼ Ġeħova jużaw diversi entitajiet legali f’pajjiżi oħrajn. Xi ftit minn dawn l-​entitajiet għandhom fl-​isem tagħhom termini bħal “Watch Tower,” “Watchtower,” jew inkella traduzzjoni taʼ waħda minn dawn.

Dawn id-​diversi entitajiet legali għenuna nwettqu ħafna affarijiet minn mindu ġew stabbiliti, bħal dawn li ġejjin:

  • Kitba u ppubblikar. Aħna ppubblikajna madwar 220 miljun Bibbja u madwar 40 biljun pubblikazzjoni bbażata fuq il-​Bibbja. Il-pubblikazzjonijiet tagħna huma disponibbli f’iktar minn 900 lingwa. Permezz tal-Websajt jw.org, in-nies jistgħu jaqraw il-Bibbja onlajn b’xejn f’iktar minn 160 lingwa u jistgħu jsibu tweġiba mill-​Bibbja għal mistoqsijiet bħal, “X’inhi s-​Saltna t’Alla?

  • Edukazzjoni. Aħna għandna diversi skejjel li jipprovdu tagħlim mill-​Bibbja. Pereżempju, mill-1943 ’l hawn, madwar 9,000 Xhud taʼ Ġeħova bbenefika minn taħriġ intensiv li ġie provdut fl-​Iskola ta’ Gilegħad (Watchtower Bible School of Gilead). Din tħarriġhom biex jaqdu bħala missjunarji jew biex jistabbilixxu u jsaħħu x-​xogħol tagħna taʼ madwar id-​dinja. U kull ġimgħa, miljuni taʼ nies, inkluż uħud li mhumiex Xhieda, jirċievu istruzzjoni fil-​laqgħat li jsiru fil-​kongregazzjonijiet tagħna. Aħna għandna wkoll klassijiet biex ngħinu n-​nies jitgħallmu jaqraw u jiktbu u stampajna ktieb f’120 lingwa biex ikun t’għajnuna għalihom.

  • Karità. Aħna pprovdejna għajnuna materjali lil uħud li batew minħabba xi traġedja—kemm jekk saret mill-​bniedem, bħall-​ġenoċidju li sar fl-​Irwanda fl-​1994, u kemm jekk naturali, bħat-​terremot li sar fil-​Ħaiti fl-​2010.

Għalkemm twettaq ħafna xogħol permezz tal-​korporazzjonijiet u l-​entitajiet legali li nużaw, ix-​xogħol tagħna ma jiddependi minn ebda waħda minnhom. Kull Kristjan għandu r-​responsabbiltà persunali li jwettaq il-​kmand li tana Alla biex jipprietka u jgħallem l-​aħbar tajba. (Mattew 24:14; 28:19, 20) Aħna nemmnu li Alla qed jappoġġa x-​xogħol tagħna u li se jkompli jkun il-​wieħed li “jkabbar.”—1 Korintin 3:6, 7.