Mur fil-kontenut

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Intom Tittolleraw Reliġjonijiet Oħrajn?

Intom Tittolleraw Reliġjonijiet Oħrajn?

Aħna nsegwu l-parir tal-Bibbja biex ‘inħobbu lill-proxxmu tagħna’—ikun xi jkun it-twemmin reliġjuż t’oħrajn. (Mattew 19:19) Pereżempju, f’xi pajjiżi hemm mijiet taʼ eluf taʼ Xhieda taʼ Ġeħova. Xorta waħda, aħna ma nipprovawx nagħmlu pressjoni fuq il-politikanti jew fuq dawk li jagħmlu l-liġi biex jillimitaw jew jipprojbixxu x-xogħol li jagħmlu gruppi reliġjużi oħrajn. U lanqas ma nagħmlu kampanji biex jgħaddu xi liġijiet li jimponu l-konvinzjonijiet morali u reliġjużi tagħna fuq il-komunità inġenerali. Aħna nuru tolleranza lejn oħrajn u napprezzaw meta ħaddieħor juri tolleranza lejna.—Mattew 7:12.