Mur fil-kontenut

Mur fil-menu sekondarju

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Malti

Ix-Xhieda taʼ Ġeħova Jemmnu f’Ġesù?

Ix-Xhieda taʼ Ġeħova Jemmnu f’Ġesù?

Iva. Aħna nemmnu f’Ġesù li qal: “Jien it-triq, il-verità, u l-ħajja. Ħadd ma jiġi għand il-Missier ħlief permezz tiegħi.” (Ġwanni 14:6) Aħna b’fidi nemmnu li Ġesù ġie fuq l-art mis-sema u offra l-ħajja umana perfetta tiegħu bħala sagrifiċċju tal-fidwa. (Mattew 20:28) Il-mewt u l-irxoxt tiegħu jagħmluha possibbli għal dawk li jpoġġu fidi fih biex jiksbu l-ħajja taʼ dejjem. (Ġwanni 3:16) Aħna nemmnu wkoll li Ġesù issa qed jaħkem bħala Sultan tas-Saltna t’Alla fis-sema li dalwaqt se ġġib paċi fuq l-art kollha. (Rivelazzjoni 11:15) Madankollu, aħna noqogħdu fuq il-kliem taʼ Ġesù meta qal: “Il-Missier akbar minni.” (Ġwanni 14:28) Għalhekk, ma nqimux lil Ġesù għax ma nemmnux li huwa Alla li Jistaʼ Kollox.