Mur fil-kontenut

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Intom Temmnu li l-Unika Reliġjon Vera Hija Tagħkom?

Intom Temmnu li l-Unika Reliġjon Vera Hija Tagħkom?

Huwa xieraq li min jieħu r-reliġjon bis-serjetà jaħseb li r-reliġjon li jkun għażel hi aċċettabbli għal Alla u għal Ġesù. Inkella, għala jkun involut fiha?

Ġesù Kristu ma qabilx mal-opinjoni li hemm ħafna reliġjonijiet, ħafna toroq, li lkoll iwasslu għas-salvazzjoni. Minflok, hu qal: “Dejjaq hu l-bieb u mħarbta hi t-triq li tieħu għall-ħajja, u ftit huma dawk li jsibuha.” (Mattew 7:14) Ix-Xhieda taʼ Ġeħova jemmnu li huma sabuha din it-triq. Kieku ma kienx hekk, ifittxu reliġjon oħra.