Mur fil-kontenut

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Ix-Xhieda taʼ Ġeħova għala jerġgħu jmorru jitkellmu maʼ nies li diġà qalu “M’iniex interessat”?

Ix-Xhieda taʼ Ġeħova għala jerġgħu jmorru jitkellmu maʼ nies li diġà qalu “M’iniex interessat”?

Immotivati mill-​imħabba għal Alla u għall-​proxxmu, ix-​Xhieda taʼ Ġeħova jieħdu pjaċir jaqsmu l-​messaġġ tal-​Bibbja ma’ kulħadd, anke ma’ dawk li kienu qalu li mhumiex interessati. (Mattew 22:37-​39) L-​imħabba tagħna għal Alla tqanqalna nobdu l-​kmand li ta Ibnu biex “nagħtu xhieda bir-​reqqa.” (Atti 10:42, 1 Ġwanni 5:3) Biex nagħmlu dan, aħna mmorru nwasslu l-​messaġġ t’Alla iktar minn darba, bħalma għamlu l-​profeti t’Alla fil-​passat. (Ġeremija 25:4) Minħabba li nħobbu lill-​proxxmu tagħna, aħna nipprovaw naqsmu “l-​aħbar tajba tas-​saltna” li ssalva l-​ħajjiet ma’ kulħadd, inkluż dawk li għall-​ewwel ma kinux interessati.—Mattew 24:14.

Ħafna drabi nsibu l-​interess meta nerġgħu mmorru nħabbtu fejn qabel ma sibniex interess. Ikkunsidra tliet raġunijiet:

  • In-​nies ma jibqgħux joqogħdu fl-​istess dar.

  • Oħrajn fid-​dar jieħdu interess fil-​messaġġ tagħna.

  • In-​nies jinbidlu. L-​affarijiet li qed jiġru madwar id-​dinja, kif ukoll ċirkustanzi persunali, iġiegħlu lil xi wħud isiru iktar “konxji tal-​bżonn spiritwali tagħhom” u jieħdu interess fil-​messaġġ tal-​Bibbja. (Mattew 5:3) Anke dawk li jopponu jistgħu jinbidlu, bħall-​appostlu Pawlu.—1 Timotju 1:13.

Madankollu, aħna ma nisforzaw lil ħadd biex jaċċetta l-​messaġġ tagħna. (1 Pietru 3:15) Aħna nemmnu li kull individwu jrid jiddeċiedi għalih innifsu x’jemmen u x’ma jemminx.​—Dewteronomju 30:19, 20.