Mur fil-kontenut

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Intom Setta Amerikana?

Intom Setta Amerikana?

Il-kwartieri ġenerali tagħna jinsabu fl-Istati Uniti tal-Amerika. Madankollu, aħna m’aħniex setta Amerikana minħabba dawn ir-raġunijiet:

  • Xi wħud jiddefinixxu setta bħala grupp li nfired minn xi reliġjon stabbilita. Ix-Xhieda taʼ Ġeħova ma nfirdux minn xi grupp reliġjuż ieħor. Minflok, aħna nħossu li erġajna stabbilejna t-tip taʼ Kristjanità li kienet tiġi prattikata fl-ewwel seklu.

  • Ix-Xhieda taʼ Ġeħova huma attivi fil-ministeru tagħhom f’iktar minn 230 pajjiż. Ngħixu fejn ngħixu, aħna nuru l-lealtà tagħna primarjament lejn Alla Ġeħova u lejn Ġesù Kristu, u mhux lejn il-gvern tal-Istati Uniti jew lejn xi gvern uman ieħor.—Ġwanni 15:19; 17:15, 16.

  • It-tagħlim kollu tagħna hu bbażat fuq il-Bibbja, u mhux fuq il-kitbiet taʼ xi mexxej reliġjuż fl-Istati Uniti.—1 Tessalonikin 2:13.

  • Aħna nsegwu lil Ġesù Kristu, u l-ebda mexxej uman ieħor.—Mattew 23:8-10.