Mur fil-kontenut

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Għandkom xi Kleru li Jirċievi Ħlas?

Għandkom xi Kleru li Jirċievi Ħlas?

Peress li jsegwu l-eżempju li ħallew il-Kristjani tal-ewwel seklu, ix-Xhieda taʼ Ġeħova mhumiex maqsumin fi klassi tal-kleru u klassi tal-lajċi. Il-membri mgħammdin kollha huma ministri ordnati u jieħdu sehem fix-xogħol tal-ippritkar u t-tagħlim. Ix-Xhieda huma organizzati f’kongregazzjonijiet taʼ madwar 100 membru f’kull waħda. Irġiel maturi spiritwalment f’kull kongregazzjoni jaqdu bħala “anzjani,” jew irġiel ixjeħ. (Titu 1:5) Huma jagħmlu dan mingħajr ma jitħallsu għas-servizzi tagħhom.