Mur fil-kontenut

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Ix-Xhieda taʼ Ġeħova Jipprojbixxu Ċerti Films, Kotba, jew Diski?

Ix-Xhieda taʼ Ġeħova Jipprojbixxu Ċerti Films, Kotba, jew Diski?

Le. L-organizzazzjoni tagħna ma teżaminax films, kotba, jew diski partikulari sabiex tiddetta dak li għandhom jevitaw il-membri tagħna. Għala le?

● Il-Bibbja tħeġġeġ lil kull individwu biex iħarreġ ‘is-sensi tiegħu’ ħalli jagħraf it-tajjeb u l-ħażin.—Ebrej 5:14.

● L-Iskrittura tagħti prinċipji bażiċi li Kristjan jistaʼ jikkunsidra meta jiġi biex jagħżel id-divertiment. * Bħal f’kull ħaġa oħra fil-ħajja, l-għan tagħna hu li ‘nibqgħu naċċertaw ruħna dwar x’inhu aċċettabbli għall-Mulej.ʼ—Efesin 5:10.

● Il-Bibbja tgħallem li l-kapijiet tal-familja għandhom ammont t’awtorità, u għalhekk huma jistgħu jagħżlu li ma jippermettux ċertu tip taʼ divertiment fost il-membri tal-familja tagħhom. (1 Korintin 11:3; Efesin 6:1-4.) Però, barra ċ-ċirku tal-familja, ħadd mhu awtorizzat biex jipprojbixxi films, diski, jew artisti partikulari għax mhumiex aċċettabbli għall-membri tal-kongregazzjoni.—Galatin 6:5.

^ par. 4 Pereżempju, il-Bibbja tikkundanna kwalunkwe ħaġa tippromwovi l-ispiritiżmu, l-immoralità sesswali, jew il-vjolenza.—Dewteronomju 18:10-13; Efesin 5:3; Kolossin 3:8.