Mur fil-kontenut

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Ix-Xhieda taʼ Ġeħova Għala Ma Jmorrux għall-Gwerra?

Ix-Xhieda taʼ Ġeħova Għala Ma Jmorrux għall-Gwerra?

Ix-Xhieda taʼ Ġeħova ma jmorrux għall-gwerra għar-raġunijiet li ġejjin:

  1. Nobdu lil Alla. Il-Bibbja tgħid li l-qaddejja t’Alla kienu se “jaħdmu sjufhom f’sikek tal-moħriet” u “ma jitħarrġux iktar għall-gwerra.”—Isaija 2:4.

  2. Nobdu lil Ġesù. Lill-appostlu Pietru, Ġesù qallu: “Erġaʼ daħħal sejfek f’postu, għax kulmin jaqbad is-sejf, bis-sejf jinqered.” (Mattew 26:52) B’hekk, Ġesù wera li s-segwaċi tiegħu ma kinux se jaqbdu armi biex jiġġieldu.

    Id-dixxipli taʼ Ġesù jobdu l-kmand tiegħu biex ma jkunux “parti mid-dinja” billi jibqgħu newtrali għalkollox fi kwistjonijiet politiċi. (Ġwanni 17:16) Huma ma jipprotestawx kontra azzjonijiet militari jew jindaħlu lil min jagħżel li jaqdi fil-forzi armati.

  3. Inħobbu lil oħrajn. Ġesù kkmanda lid-dixxipli tiegħu biex ‘iħobbu lil xulxin.’ (Ġwanni 13:34, 35) Huma b’hekk kienu se jifformaw fratellanza internazzjonali li fiha ebda membru qatt ma kien se jiggwerra kontra ħuh jew oħtu.—1 Ġwanni 3:10-12.

  4. Nimxu fuq l-eżempju tal-Kristjani tal-bidu. L-Encyclopedia of Religion and War tgħid: “Is-segwaċi tal-bidu taʼ Ġesù rrifjutaw li jmorru għall-gwerra u jieħdu sehem f’servizz militari,” għax irrikonoxxew li dawn il-prattiki kienu “inkompatibbli mal-prinċipju taʼ mħabba taʼ Ġesù u mal-kmand biex inħobbu lill-għedewwa tagħna.” B’mod simili, rigward dawk il-Kristjani tal-bidu, it-teologu Ġermaniż Peter Meinhold qal: “Kien meqjus bħala inkompatibbli li wieħed ikun Kristjan u suldat fl-istess ħin.”

Taʼ għajnuna għall-komunità

Ix-Xhieda taʼ Ġeħova huma membri utli għas-soċjetà u mhuma taʼ ebda theddida għas-sigurtà tal-pajjiżi fejn jgħixu. Aħna nirrispettaw l-awtorità governattiva fi qbil maʼ dawn il-kmandi tal-Bibbja:

  • “Kunu sottomessi lejn l-awtoritajiet superjuri.’—Rumani 13:1.

  • “Għalhekk, agħtu lura lil Ċesari dak li hu taʼ Ċesari, imma lil Alla dak li hu t’Alla.”—Mattew 22:21.

B’hekk, aħna nobdu l-liġi, inħallsu t-taxxi, u nikkooperaw mal-isforzi tal-gvern biex jipprovdi benefiċċji għall-pubbliku.