Mur fil-kontenut

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

X’Inhu Studju tal-Bibbja?

X’Inhu Studju tal-Bibbja?

Ix-Xhieda taʼ Ġeħova joffru programm taʼ studju tal-Bibbja li jwieġeb ħafna mistoqsijiet, fosthom:

  • Min hu Alla?

  • Alla tassew jimpurtah minni?

  • Kif nistaʼ ntejjeb iż-żwieġ tiegħi?

  • Kif jistaʼ jkolli l-hena f’ħajti?

Hawn taħt se ssib it-tweġibiet għal mistoqsijiet komuni dwar il-programm tagħna taʼ studju tal-Bibbja.

Kif isir l-istudju? Naqbdu suġġetti bħal “Alla” jew “żwieġ” u neżaminaw versi differenti mill-Bibbja li għandhom x’jaqsmu mas-suġġett. Billi nqabbluhom se naraw x’tgħid il-Bibbja kollha kemm hi dwar is-suġġett, u b’dan il-mod inħallu l-Bibbja tinterpreta lilha nfisha.

Bħala għajnuna biex nistudjaw il-Bibbja, aħna nużaw il-ktieb Il-Bibbja X’Tgħallem Verament? Dan il-ktieb jippreżenta b’mod ċar, fost suġġetti oħra, dak li l-Bibbja verament tgħid dwar Alla, Ġesù, u l-futur tagħna.

Kemm hu studju tal-Bibbja? L-istudju jsir b’xejn, u ma jintalbu l-ebda flus għall-materjal tal-istudju.

Kemm iddum kull lezzjoni taʼ studju? Ħafna nies iwarrbu xi siegħa kull ġimgħa biex jistudjaw il-Bibbja magħna. Imma t-tul tal-istudju hu flessibbli. Aħna nadattaw ruħna għall-iskeda tiegħek.

X’jiġri meta nitlob għal studju tal-Bibbja? Meta titlob għal studju tal-Bibbja, Xhud taʼ Ġeħova jżurek f’ħin u f’post li hu konvenjenti għalik. Jieħu ftit minuti biex jurik kif nagħmlu studju tal-Bibbja. Jekk il-programm jogħġbok, tistaʼ tkompli.

Jekk naċċetta studju tal-Bibbja, irrid insir Xhud taʼ Ġeħova? Le. Ix-Xhieda taʼ Ġeħova jitgħaxxqu jgħallmu lin-nies dwar il-Bibbja, imma aħna qatt ma nisforzaw lil xi ħadd biex isir membru tar-reliġjon tagħna. Minflok, b’rispett nuru x’tgħid il-Bibbja filwaqt li nagħrfu li kull persuna għandha d-dritt li tagħżel x’se temmen.—1 Pietru 3:15.