Mur fil-kontenut

Mur fil-menu sekondarju

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Malti

Il-laqgħat tal-kongregazzjoni tax-Xhieda taʼ Ġeħova

Sir af dwar il-​laqgħat tagħna. Fittex fejn isiru l-​laqgħat viċin tiegħek.

Sib Lokalità Qrib Tiegħek

X’Jiġri fil-Laqgħat Tagħna?

Ix-Xhieda taʼ Ġeħova jkollhom laqgħat għall-qima darbtejn fil-ġimgħa. (Ebrej. 10:24, 25) F’dawn il-laqgħat, li huma miftuħin għall-pubbliku, neżaminaw dak li tgħid il-Bibbja u kif nistgħu napplikaw it-tagħlim tagħha f’ħajjitna.

Il-biċċa l-kbira tal-laqgħat tagħna jinkludu l-parteċipazzjoni tal-udjenza, simili għal diskussjoni fi klassi tal-iskola. Il-laqgħat jibdew u jispiċċaw b’għanja u talba.

M’hemm għalfejn tkun Xhud taʼ Ġeħova biex tattendi l-laqgħat tagħna. Aħna nistiednu lil kulħadd biex jattendi. Id-dħul huwa b’xejn. Qatt ma jsir ġbir.